Inauguration of a monument to commemorate the elderly victims of Covid-19
19/07/2022 Tas-SliemaIl-President ta’ Malta George Vella inawgura monument f’Tas-Sliema li jfakkar lill-anzjani li tilfu ħajjithom matul il-pandemija tal-Covid-19. Il-President qal li din il-pandemija kienet kiefra għall-anzjani, l-aktar dawk f’residenzi jew l-isptarijiet minħabba n-nuqqas ta’ kuntatt fiżiku ma’ dawk l-aktar qrib tagħhom.
Appella biex bħala soċjetà nsibu mezz ta’ kif insaħħu l-preżenza tagħna fil-ħajja tal-anzjani. “Kull wieħed u waħda minna jista’ jagħti sehmu biex il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna tmur dejjem għall-aħjar,” qal il-President… Read more »