New offices for the Secretariat for Catholic Education
13/07/2022Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija inawgura uffiċċji ġodda f’Ħal Balzan sabiex ikun jista’ jkompli jagħti servizz aħjar lill‑istudenti u l‑impjegati fl‑iskejjel tal‑Knisja. Dawn ġew imbierka mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi wara quddiesa li saret fil‑Kappella tal‑Bon Pastur f’Ħal Balzan stess. Għal din il‑quddiesa u għat‑tberik tal‑uffiċċji attendew l‑impjegati tas‑Segretarjat, sorijiet tal‑Bon Pastur u persuni oħra li taw sehemhom fit‑twettiq tal‑proġett.
Minn dawn l‑uffiċċji f’Ħal Balzan se jkunu qed jaħdmu l‑impjegati li jieħdu ħsieb l‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja kif ukoll impjegati li jaħdmu mill‑qrib mal‑istudenti u l‑edukaturi fosthom ħaddiema soċjali, ħaddiema ta’ żgħażagħ, psikologi edukattivi, counsellors, psikoterapista, play therapist, career advisors, tim ta’ sapport ta’ dyslexia, occupational therapist, u tim ta’ sapport soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba… Read more »