KDT meet up with the Archbishop in the heart of Mellieħa nature
11/03/2023 MellieħaIs-Sibt 11 ta’ Marzu 2023, il-membri tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT), kellhom waħda mil-laqgħat tagħhom mal-Arċisqof Charles Scicluna fl-inħawi tat-Torri l-Aħmar, il-Mellieħa.
Il-laqgħa saret fl-apert fuq suġġeriment tal-Arċisqof innifsu, fejn qasam l-imħabba li għandu għan-natura u l-fjuri. Mgħammar bi ktejjeb dwar il-fjuri fis-selvaġġ f’Malta, l-Arċisqof spjega lit-tfal liema fjuri u pjanti ltaqgħu magħhom matul mixja li saret mit-Torri l-Aħmar sar-Radar Tower.
It-tfal membri fil-KDT jiltaqgħu mal-Arċisqof tliet darbiet fis-sena biex f’diskussjoni miftuħa jitkellmu miegħu dwar diversi suġġetti li jolqtu lit-tfal… Read more »