Homilies by the Auxiliary Bishop

Life in abundance – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the Fourth Sunday of Easter

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

Homily by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi

“I came so that you may have life, and life in abundance”. The last sentence of today’s Gospel sums up what Jesus wants to give us: life and life in abundance.

When Jesus said this, he was speaking about himself as the Good Shepherd. When he mentioned the shepherd, the people’s minds would immediately go to the Psalm we recited today at Mass “The Lord is my shepherd.” Jesus is telling them that he is the Good Shepherd… Read more »

The wisdom of Joseph the carpenter – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Joseph the Worker

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa?” Hekk qalu n-nies wara li semgħu lil Ġesù li ġie Nazaret, u semgħuh fis-sinagoga tagħhom. Kienu jafu li missieru mastrudaxxa, u allura skantaw bl-għerf li kellu.

Illum qed nagħmlu t-tifkira ta’ dan il-mastrudaxxa, ta’ Ġużeppi, li kien il-missier putattiv ta’ Ġesù u għex ħajja mill-aktar ordinarja: familja u xogħol. Kien jaf x’jiġifieri titħabat għax-xogħol, u d-diffikultajiet li jġib miegħu x-xogħol, u kien jaf ukoll is-sodisfazzjon tax-xogħol, hu li kien jaħdem fl-injam… Read more »

She chose to undergo suffering herself to prevent others from suffering – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Catherine of Siena, doctor of the Church and patron saint of Europe

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Santa Katarina ta’ Siena għexet 33 sena. Ħajja qasira, ngħidu aħna. Imma kienet ħajja mimlija. Hija waħda minn dawk il-qaddisin fl-istorja tal-Knisja li tgħallimna li mhuwiex it-tul ta’ snin li hu l-iktar importanti, imma kif ngħixu fil-ħajja tagħna s-snin li jkollna, u kif nagħmlu minnhom tweġiba għas-sejħa ta’ Alla u don sabiħ għall-oħrajn.

Katarina kienet iddedikat lilha nnifisha lil Alla minn età żgħira: ħajja ta’ talb, ta’ penitenza u ta’ għoti ta’ karità… Read more »

Striving for what endures – Bishop Galea-Curmi

Mass offered to patients at Mater Dei Hospital especially those suffering from a disease or have been involved in an accident

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem”. Dan hu l-kliem li Ġesù qal lin-nies meta dawn marru jfittxuh, u fl-aħħar sabuh, u allura kienu kuntenti li sabuh. Imma Ġesù, l-ewwel ħaġa li qalilhom hija li kienu qed ifittxuh għax kienu kielu u xebgħu.

Dawn kienu n-nies li kienu semgħu lil Ġesù, imbagħad Ġesù temagħhom bil-miraklu tat-tkattir tal-ħobż, fejn ir-rakkont jgħid li kielu kemm riedu; u allura marru warajh għax raw fih dak li jista’ jipprovdilhom il-ħobż u l-affarijiet neċessarji… Read more »

Stay with us, Lord – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the Third Sunday of Easter

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Minn Ġerusalemm għal Għemmaws kien hemm madwar ħdax-il kilometru. Imma ma kienx it-tul tal-mixja – kemm se jdumu mexjin – li kien qed itaqqal il-qalb ta’ dawn iż-żewġ dixxipli ta’ Ġesù. Kienet l-esperjenza trawmatika li għaddew minnha meta raw lil Ġesù, li fih qiegħdu t-tama tagħhom, jispiċċa fix-xejn. Meta Ġesù għadda mill-passjoni u l-mewt, imbagħad għalihom kien spiċċa kollox. Għalhekk kienu diżappuntati, mimlijin dwejjaq u diżillużi… Read more »

God transforms the little we do into something great – Bishop Galea-Curmi

Mass with prayers for the Lord Jesus to continue to giving our country the gift of strength and wisdom to all who lead us

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Dawn x’inhuma għal daqshekk nies?” Dan kien il-kliem li wieħed mid-dixxipli ta’ Ġesù, Indrì, qallu meta semmielu l-ħames ħobżiet u żewġ ħutiet li kellu t-tfajjel hemmhekk, biex jitma’ lil dawk l-eluf.

Ġesù ried li jagħtihom l-ikel, u ikel ma kienx hemm. Kien hemm biss dan it-tfajjel b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet. Nista’ nimmaġina l-ħarsa fuq wiċċ dan id-dixxiplu meta qallu b’dawn il-ħames ħobżiet u żewġ ħutiet biex jitma’ lil dawk l-eluf… Read more »

God so loved the world – Bishop Galea-Curmi

Mass with prayers for those who do not believe or have lost their faith, to recognise the Lord in his infinite mercy

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

X’inhi l-Aħbar it-Tajba? Aħna nisimgħu ta’ spiss li bħala dixxipli ta’ Ġesù għandna nxandru l-Aħbar it-Tajba. Imma x’inhi?

Fil-kliem ta’ Ġesù lil Nikodemu, għandna l-qalba tal-Aħbar it-Tajba, meta hu jgħid: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem”. Kieku kellek tiġbor l-Aħbar it-Tajba fl-essenzjal, hu proprju f’dan il-kliem ta’ Ġesù… Read more »

To be reborn from above – Bishop Galea‑Curmi

Mass offered with prayers to residents and workers at the Corradino Corrective Facility

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nikodemu kien Fariżew. Imma kien differenti minn uħud minn sħabu l-Fariżej.

Nafu, speċjalment mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, kif il-Fariżej, meta kienu jiltaqgħu ma’ Ġesù, kienu jagħmlulu ħafna mistoqsijiet. Imma l-intenzjoni tagħhom ma kinetx biex isiru jafu, imma kemm-il darba staqsew lil Ġesù biex jonsbuh, jew inkella biex jidħlu f’dibattitu miegħu. Ġesù mal-Fariżej ħafna drabi sab qisu ħajt; ras iebsa u qalb magħluqa… Read more »

Today’s open wounds of the Risen Christ – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of the Divine Mercy

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Imbeżżgħa … bil-bibien magħluqa”. Hekk kienu d-dixxipli miġbura flimkien: imbeżżgħa u bil-bibien magħluqa. Kienu qishom qed jagħmlu self-isolation bħala grupp mhux għaliex fil-pajjiż kien hemm lockdown, jew għaliex kien hemm xi periklu bħalma għandna aħna llum – u għalhekk noqogħdu ġewwa – imma għax kienu mbeżżgħa minn dawk in-nies li lil Ġesù kienu wassluh għall-passjoni u l-mewt tiegħu… Read more »

Making Christ the cornerstone of our lives – Bishop Galea‑Curmi

Mass offered with prayers for respect and tolerance towards all human beings

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka”. Hekk għedna fis-Salm illum, u hekk smajna lil Pietru fl-ewwel qari mill-Atti tal-Appostli, jgħid lill-kapijiet, lix-xjuħ u lill-kittieba meta staqsewh b’liema qawwa u f’isem min qed jagħmel dak li qed jagħmel, hu u l-appostli. Hu qalilhom: Fl-isem ta’ Ġesù ta’ Nazaret, li intom qtiltuh imma Alla qajmu mill-imwiet. Qalilhom: “Din hi l-ġebla li intom il-bennejja warrabtu u li saret il-ġebla tax-xewka”… Read more »