Homilies by the Auxiliary Bishop

Today’s open wounds of the Risen Christ – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of the Divine Mercy

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Imbeżżgħa … bil-bibien magħluqa”. Hekk kienu d-dixxipli miġbura flimkien: imbeżżgħa u bil-bibien magħluqa. Kienu qishom qed jagħmlu self-isolation bħala grupp mhux għaliex fil-pajjiż kien hemm lockdown, jew għaliex kien hemm xi periklu bħalma għandna aħna llum – u għalhekk noqogħdu ġewwa – imma għax kienu mbeżżgħa minn dawk in-nies li lil Ġesù kienu wassluh għall-passjoni u l-mewt tiegħu… Read more »

Making Christ the cornerstone of our lives – Bishop Galea‑Curmi

Mass offered with prayers for respect and tolerance towards all human beings

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka”. Hekk għedna fis-Salm illum, u hekk smajna lil Pietru fl-ewwel qari mill-Atti tal-Appostli, jgħid lill-kapijiet, lix-xjuħ u lill-kittieba meta staqsewh b’liema qawwa u f’isem min qed jagħmel dak li qed jagħmel, hu u l-appostli. Hu qalilhom: Fl-isem ta’ Ġesù ta’ Nazaret, li intom qtiltuh imma Alla qajmu mill-imwiet. Qalilhom: “Din hi l-ġebla li intom il-bennejja warrabtu u li saret il-ġebla tax-xewka”… Read more »

An open heart to the living Christ – Bishop Galea-Curmi

Mass with prayers for the three COVID-19 victims

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Kemmxa flus ġmielha”. Dan kien li l-qassisin il-kbar u x-xjuħ taw lill-għases biex jivvintaw storja ħa jagħmlu cover-up, ħa jgħattu l-ġrajja tal-qawmien ta’ Ġesù.

Il-ġrajja tal-qawmien fil-fatt hi ġrajja fundamentali għall-fidi tagħna. Naraw kif toħloq reazzjonijiet differenti: hawn għandna l-kuntrast fl-Evanġelju bejn dawk li kellhom qalbhom magħluqa, anzi kif juri l-Evanġelju, qalb korrotta; u dawk li kellhom qalb miftuħa, u aċċettaw u laqgħu lil Kristu ħaj… Read more »

The seed of new life – Bishop Galea-Curmi

Easter Vigil of the Resurrection of Christ

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Bdejna din il-Vġili tal-Għid fid-dlam. U kien fid-dlam ukoll meta ż-żewġ nisa, kif smajna fir-rakkont tal-Evanġelju skont San Mattew, marru fejn il-qabar ta’ Ġesù. Kien fid-dlam meta qed jibda jżernaq il-jum. Ma marrux hemmhekk bit-tama li jarawh ħaj. Marru hemmhekk sforz l-imħabba kbira li kellhom lejh, huma li kienu tant qrib tiegħu fil-ħajja. Huma li kienu semgħu l-kelma tiegħu, kienu qrib tiegħu, baqgħu fidili lejh sal-aħħar, sa taħt is-salib, huma li xtaqu li qatt ma jgħaddu minn din l-esperjenza tal-firda daqshekk kiefra li Ġesù mhux biss imut imma jkun maqtul b’dak il-mod terribbli… Read more »

United to Christ in his resurrection – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Resurrection of the Lord

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Dakinhar li b’ġebla kbira għalqu l-qabar li qiegħdu fih il-ġisem mejjet ta’ Ġesù, u riedu wkoll iqiegħdu l-għases – qisu l-qabar kellu bżonn is-security – biex ikunu żguri li qatt aktar ma jisimgħu l-kelma ta’ Ġesù jew b’xi mod jew ieħor ikollhom x’jaqsmu miegħu, dakinhar ħafna min-nies ħasbu li dak kien it-tmiem tal-istorja ta’ Ġesù Kristu. Kien għadda minn dik il-passjoni sħiħa, mill-mewt… Read more »

A Learning Curve – Bishop Galea-Curmi

The Coronavirus pandemic has triggered all sorts of emotions: anger, deep sadness, frustration, resentment, anxiety, fear of the uncertainty… Understandably so. It is terrible to witness so many deaths all over the world amidst the rapid spread of the virus.

This particular moment in time could also serve as a learning experience, one that helps us read the signs of the times. Allow me to share a few points for reflection… Read more »

“‘It is finished does’ not mean that everything is over” – Bishop Galea-Curmi

Liturgy of the Lord’s Passion

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ir-rakkont tal-Passjoni skont San Ġwann jibda bi ġnien u jispiċċa bi ġnien.

Fil-fatt, proprju fil-bidu nett, meta Ġesù kien mad-dixxipli tiegħu, ir-rakkont jgħid li kien hemm ġnien fejn ġieli kien imur Ġesù, u hemm mar flimkien mad-dixxipli. Kien hemmhekk li ġew is-suldati u l-għases tal-Lhud, flimkien ma’ Ġuda. Kien f’dan il-ġnien li seħħ it-tradiment, li Ġuda ttradih u Ġesù ġie arrestat… Read more »

Creativity in serving others – Bishop Galea-Curmi

Mass on Maundy Thursday

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ġesù ħabbhom sal-aħħar. Parti minn din l-espressjoni tal-imħabba tiegħu kienet li jagħti xi xokkijiet lid-dixxipli tiegħu. Hawn, f’din is-silta, jagħtihom tnejn, xokk ikbar mill-ieħor.

L-ewwel meta hu stess niżel jaħsel saqajn id-dixxipli, u bir-raġun ħaduha bi kbira, bħalma jgħidlu Pietru. Din qatt ma kienet issir. Setgħu qalulu: ‘Qatt ma għamilna hekk, qatt ma ħdimna b’dal-mod’. Imma hu hemmhekk ried jispjegalhom l-iktar ħaġa importanti: li hu sar bniedem biex jingħata… Read more »

Never lose heart in God’s mercy – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for those who have marital problems and do not have access to their children

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tletin biċċa tal-fidda kien il-flus li l-qassisin il-kbar taw lil Ġuda biex jistgħu jieħdu lil Ġesù. Tletin biċċa tal-fidda kien il-prezz li kien bih stmat skjav fl-Antik Testment. Daqshekk stmaw lil Ġesù l-qassisin il-kbar!

Kien inqas mill-prezz tal-fwieħa li Marija kienet użat biex dilket riġlejn Ġesù, u dakinhar Ġuda l-Iskarjota kien ilmenta u qal: kieku l-fwieħa nbigħet, il-flus setgħu ngħataw lill-foqra… Read more »

He kept on loving despite betrayal and denial – Bishop Galea-Curmi

Mass offered to people in prison, detention centres and caregivers

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-iżjed esperjenzi koroh u ta’ tbatija hija l-esperjenza ta’ tradiment – meta xi ħadd li inti taf, jittradik. U iktar hi ta’ tbatija u tweġġgħek meta ma jkunx biss xi ħadd li taf, jew xi kollega tiegħek, jew xi ħadd li ltqajt miegħu u qiegħed miegħu fuq xi biċċa xogħol, imma xi ħadd li jkun ħabib ta’ ġewwa.

Din hi l-esperjenza ta’ Ġesù li rajna llum: l-esperjenza tat-tradiment ta’ Ġuda l-Iskarjota u magħha hemm ukoll, fl-istess rakkont, it-tħabbira taċ-ċaħda ta’ Pietru… Read more »