A failure? – Bishop Galea-Curmi
31/08/2020 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Kien falliment għal Ġesù dan il-jum meta mar fis-sinagoga ta’ Nażaret? Uħud jaraw f’din l-esperjenza falliment.
Hawnhekk f’San Luqa Ġesù jmur fis-sinagoga wara l-episodu tat-tentazzjonijiet, jiġifieri pjuttost fil-bidu tal-ministeru tiegħu. Innutaw x’jiġri. Fil-bidu, meta jaqra dik is-silta mill-Profeta Iżaija u jibda jitkellem, ir-rakkont jgħid li “ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu”. Kellu akkoljenza sabiħa; sa dak il-ħin kien sejjer tajjeb… Read more »














