Homilies by the Auxiliary Bishop

Solidly built – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of the Chair of the Apostle St Peter

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi”. Dal-kliem qalu Ġesù lil Xmun. U żgur li tolqotna l-kelma “blata”, għax meta aħna naħsbu fi “blata” f’moħħna tiġi xi ħaġa soda, li tista’ sserraħ fuqha; imma mbagħad, meta naħsbu fi Xmun – għalih qed jgħid Ġesù “blata” – naraw bniedem li ma tantx kien “blata” fil-fatt. Fl-Evanġelju nsibuh bniedem ta’ qalb kbira, dejjem jipprova jitkellem hu għax iħobb verament lil Ġesù, imma ma tantx dejjem tista’ sserraħ fuqu… Read more »

Help us in our weak faith – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għinna u ħenn għalina”. Din kienet it-talba ħerqana li għamel lil Ġesù missier it-tifel li kellu fih spirtu ħażin, u li kien għadda minn ħafna tbatija – kemm it-tifel minn ċkunitu, kif ukoll il-missier minħabba s-sitwazzjoni kerha tat-tifel. L-Evanġelju jagħtina deskrizzjoni ta’ dak li għadda minnu t-tifel tul is-snin. Mhux ta’ b’xejn li missieru mar sab lid-dixxipli ta’ Ġesù biex jagħmlu xi ħaġa biex ifejquh… Read more »

Lord, help us forgive others as you forgive us – Bishop Galea-Curmi

Mass on the seventh Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm erba’ kelmiet sbieħ li Ġesù jgħid illum f’sentenza waħda: ħobbu, agħmlu l-ġid, bierku, itolbu. Immaġinaw kemm tkun sabiħa ħajjitna meta aħna nħobbu, nagħmlu l-ġid, inbierku, nitolbu!

Imma Ġesù jgħid ħafna aktar minn hekk. Għax meta jgħid lil min, barra minn dak li qal drabi oħra li nħobbu, nagħmlu l-ġid, inbierku, nitolbu għal kulħadd, hawnhekk jispeċifika lil min: lill-għedewwa tagħna, lil dawk li jobogħduna, lil dawk li jisħtuna, lil dawk li jżebilħuna… Read more »

We are called lambs because Jesus is our shepherd – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm espressjoni li juża Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Luqa li żgur tolqotna: “ħrief qalb l-ilpup”. Hekk jgħidilhom lit-72 dixxiplu li jibgħathom qablu tnejn tnejn f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. Jgħidilhom: “Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup”.

Ma tantx hi espressjoni li, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, tagħmel kuraġġ; kemm għax meta tgħid “ilpup” l-ewwel ma tħoss hu biża’ u twerwir; u anke “ħrief”, qisu f’moħħok jiġi xi ħadd ċkejken u kwiet… Read more »

To be truly happy – Bishop Galea-Curmi

Mass on the sixth Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Wieħed mill-kummenti li spiss nisimgħu hu li l-Knisja – meta ngħid il-Knisja, jiġifieri aħna lkoll li nemmnu fi Kristu – trid timxi maż-żminijiet. Dan hu veru f’ħafna affarijiet, li l-Knisja trid tagħraf tadatta dak li għandu jkun adattat għaż-żminijiet. Imma kultant dan il-kumment jingħad f’sens ieħor: jiġifieri li f’dak li aħna nemmnu, għandek tħares lejn kif in-nies qegħdin jgħixu, u timxi ma’ dan; jekk illum qed jaħsbu hekk, tibda taħseb bħalhom; jekk illum qed jgħixu hekk, tibda tagħmel bħalhom… Read more »

Speak plainly – Bishop Galea-Curmi

Mass on World Day of the Sick

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qabad jitkellem sewwa”. Dan hu li qrajna fl-Evanġelju skont San Mark fuq dan ir-raġel li ma kienx jisma’ u ma kienx jitkellem sew, u ħaduh għand Ġesù biex ifejqu. Kien fl-inħawi tad-Dekapoli, u Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb il-folla, u fejqu b’mod li dan beda jisma’ u jitkellem.

Kienet esperjenza tassew kbira għal dan ir-raġel! L-Evanġelju jgħid li “widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħall, u qabad jitkellem sewwa”… Read more »

Every cloud has a silver lining – Bishop Galea-Curmi

Mass on the eve of the solemnity of St Paul's Shipwreck

  The Collegiate of St Paul's Shipwreck, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-Malti għandna espressjoni li tgħid: “Kull deni ħudu b’ġid”. Ma nafx minn liema żmien ilna ngħiduha f’Malta, meta bdiet din l-espressjoni, imma żgur li l-ġrajja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl turina proprju dan.

Hawnhekk naraw ġrajja li fil-bidu tagħha, u għal ħafna jiem, kienet ta’ deni kbir; maltempata kbira, tempesta li mhux biss tellfet id-direzzjoni ta’ fejn kienu sejrin – il-ġifen kien sejjer naħa u l-maltempata ġarritu n-naħa l-oħra – imma tant kienet qawwija li, jgħid il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, “tlifna kull tama li nsalvaw”… Read more »

Heal us, Lord – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Mark, fl-Evanġelju tiegħu, kultant fi ftit kliem jiġbor il-ħidma kbira li kien qed jagħmel Ġesù man-nies. Fl-Evanġelju tal-lum naraw proprju dan: fi ftit kliem ġabar il-ħidma ta’ fejqan li Ġesù kien qed jagħmel fl-ibliet, fl-irħula, fil-kampanja – kullimkien.

Tolqtok f’din is-silta l-popolarità ta’ Ġesù man-nies – kulħadd ifittxu, kulħadd jinġabar madwaru. Ġesù l-popolarità qatt ma użaha għall-gwadann tiegħu, imma użaha biex jaqdi lin-nies, biex jagħmel il-ġid, biex ikun ta’ servizz għan-nies… Read more »

At your command – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Fifth Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fost in-nies li Ġesù għażel biex jimxu warajh bħala dixxipli tiegħu, kien hemm numru ta’ sajjieda. Għalhekk, fl-Evanġelju tal-lum, narawh ma’ dawn is-sajjieda. Wara li għallem lin-nies, jgħid lil Xmun: “Aqdef ’il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd”.

Meta tara din, għall-bidu tgħid: dawn kienu sajjieda, u Ġesù qalilhom biex imorru jistadu. Imma, meta Ġesù qal hekk lil Xmun, ma kienx il-waqt li huma joħorġu jistadu… Read more »

Conviction not convenience – Bishop Galea-Curmi on the celebration of Life Day 2022

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dis‑sena 2022 bdejnieha bl‑iktar mod ikrah fejn tidħol l‑għożża tal‑ħajja. Il‑qtil ta’ Paulina Dembska, it‑tfajla Polakka, fit‑2 ta’ Jannar kmieni filgħodu, qtil b’mod mill‑aktar brutali, li bir‑raġun ħoloq reazzjoni qawwija fis‑soċjetà Maltija. Din kienet persuna li f’daqqa waħda sabet il‑mewt ma’ wiċċha, mhux b’inċident imma b’delitt. Ħajjitha ntemmet ħesrem.

B’kuntrast, nixtieqkom taħsbu f’Rayan, tifel ta’ ħames snin li ftit ġranet ilu waqa’ ġo bir fond, xi 32 metru, fil‑Marokk… Read more »