He meets us in the most profound needs of our life – Bishop Galea-Curmi
07/05/2023L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hemm karatteristika speċjali li ssibha dejjem fil-kliem ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu: il-kliem tiegħu hu kliem ta’ inkoraġġiment, kliem li jagħmlilhom il-qalb, u jgħinhom ħalli qatt ma jaqtgħu qalbhom fost it-taħwid u l-biżgħat li ġieli jkollhom. Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù hekk jibda l-kliem tiegħu lid-dixxipli: “Tħallux qalbkom titħawwad!” (Ġw 14:1)
Nixtieqkom tinnutaw li Ġesù jitkellem fuq il-qalb – jgħid “qalbkom”. Mhux qed jgħid biss fuq ħsibijiet li joħolqu konfużjoni fil-moħħ, imma iktar minn hekk, għax il-qalb tfisser il-ħajja tal-bniedem fil-profondità tagħha… Read more »














