Homilies by the Auxiliary Bishop

Faith is not built on what is sensational – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd” (Mk 7:36). Dan hu li naqraw fuq Ġesù llum, fl-Evanġelju skont San Mark, wara li fejjaq lil wieħed raġel li kien trux u mbikkem. L-Evanġelju jgħid li lil dan ir-raġel ġabuh quddiem Ġesù biex “iqiegħed idejh fuqu” (Mk 7:32). U li jagħmel Ġesù l-ewwel hu li joħorġu għalih waħdu minn qalb in-nies. Fl-Evanġelju hemm dik id-deskrizzjoni ta’ kif Ġesù jfejqu u kif dal-bniedem beda jisma’ u beda jitkellem… Read more »

A Consistent Ethic of Life – Bishop Galea-Curmi

Mass on the celebration of Life Day 2024

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

The Malta Unborn Child Platform was founded twenty-five years ago. Year after year, this movement has worked persistently to promote respect towards the dignity and the rights of the unborn child, and the child’s protection and development. Today, I would like to thank all those who have worked tirelessly to raise awareness of life at its most vulnerable and dependent, when it needs the greatest support and care… Read more »

Father and Teacher – Bishop Galea-Curmi

  Saint John Bosco Oratory Chapel, Tas-Sliema

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Missier u għalliem”. Hekk insejħulu lil San Ġwann Bosco llum fit-talba tal-quddiesa, fil-bidu, u din hi l-esperjenza ta’ tant nies ta’ dan il-qaddis.

Don Bosco huwa qaddis li dejjem kelli imħabba lejh minn meta kont żgħir. Niftakar li konna naraw il-Museum il-ħajja tal-qaddisin, dak iż-żmien bis-slides, u kont nammira ħafna kif Don Bosco għex il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu… Read more »

Do not set aside our lives, do not set aside our country – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Oħroġ, ja spirtu ħażin, minn dan il-bniedem!” (Mk 5:8) Dan hu li Ġesù jgħid lil dan il-bniedem, kif rajna fl-Evanġelju llum. Huwa każ ta’ Ġesù li jeħles lil dan il-bniedem mill-ispirtu ħażin, anzi minn spirti ħżiena fih. Ġesù kien għadu kif qasam il-baħar bid-dgħajsa, u ġie n-naħa l-oħra flimkien mad-dixxipli tiegħu. U mal-ewwel jersaq fuqu dal-bniedem. Nafu li Ġesù, bħalma għamel f’ċirkustanzi oħra, l-ewwel ħaġa li jagħmel hu li lil dal-bniedem jeħilsu mill-ispirti ħżiena ta’ ġo fih… Read more »

They had a reason to be in awe – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Baqgħu mistagħġbin” (Mk 1:22). Dawn iż-żewġ kelmiet ifissru dak li n-nies ħassew meta kienu qed jisimgħu lil Ġesù fis-sinagoga ta’ Kafarnahum. L-Evanġelju jgħidilna li Ġesù, meta wasal Kafarnahum, malajr daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem; u ħoloq dan l-istagħġib.

X’kienet ir-raġuni? Għaliex stagħġbu meta semgħuh jitkellem? Qal xi ħaġa ta’ barra minn hawn, jew diskors mhux f’postu? Xejn minn dan! … Read more »

Spirit of power, love and self-discipline – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Alla ma taniex spirtu ta’ biża’ imma Spirtu ta’ qawwa, ta’ imħabba u ta’ rażan” (2Tim 1:7). Dan hu li San Pawl jgħid lil Timotju fit-tieni Ittra tiegħu – smajniha fl-ewwel qari – u dan jiġbor ukoll il-messaġġ li Ġesù ta lil dawn it-72 dixxiplu li hu għażel biex imorru “qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu” (Lq 10:1)… Read more »

Some throw the net, others fix it – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla” (Mk 1:14). Dan hu l-mod kif jiftaħ l-Evanġelju tal-lum, skont San Mark, u mal-ewwel l-enfasi hi fuq il-kelma: il-kelma li Ġesù jwassal li hi l-Aħbar it-Tajba. Għalhekk ‘l-Evanġelju’ – kelma li tfisser l-Aħbar it-Tajba.

F’dan il-Ħadd partikolari – it-Tielet Ħadd tas-Sena – il-Papa Franġisku jistedinna nirriflettu b’mod speċjali fuq il-kelma ta’ Alla, li għandha tkun kelma li aħna nisimgħu, li sservi ta’ ispirazzjoni għall-ħajja tagħna, u li aħna nwasslu lill-oħrajn… Read more »

First stay with him, then work for him – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tela’ fuq l-għolja” (Mk 3:13). Hekk naqraw fuq Ġesù fl-Evanġelju skont San Mark. Mal-ewwel, kif naraw li “tela’ fuq l-għolja”, hu ċar li se jkollna ġrajja ta’ importanza kbira, għaliex fl-Iskrittura l-għolja hi dejjem il-post fejn hemm manifestazzjoni speċjali ta’ Alla jew ġrajja partikulari. Fil-fatt, hawnhekk Ġesù jagħżel it-tnax-l appostlu, u għandna wkoll ismihom f’din is-silta. 

Nixtieq li naraw din is-silta qasira u sabiħa li fiha hemm diversi punti li jolqtu lilna lkoll fil-ħajja tagħna… Read more »

Between the old and the new – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għaliex…id-dixxipli tiegħek ma jsumux?” (Mk 2:18) Din hija l-mistoqsija li għamlu lil Ġesù, kif naraw fl-Evanġelju skont San Mark, u jagħmluhielu d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej li kienu huma sajmin imma nnutaw li d-dixxipli ta’ Ġesù ma kinux qed isumu bħalma kienu qed jagħmlu huma. Innutaw li l-mistoqsija lil Ġesù mhijiex għaliex hu mhux qed isum, imma għax id-dixxipli tiegħu – u għalhekk b’xi mod qisu responsabbli hu – għaliex dawn mhumiex qed isumu… Read more »

We follow him – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Marru wara Ġesù” (Ġw 1:37). Dawn it-tliet kelmiet fl-Evanġelju skont San Ġwann illum fuq iż-żewġ dixxipli jfissru l-bidla li seħħet fil-ħajja tagħhom. Dawn it-tnejn kienu dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista u meta Ġwanni uriehom lil Ġesù u qal “Araw il-Ħaruf ta’ Alla” (Ġw 1:36), dawn it-tnejn “marru wara Ġesù”. Ma kinux kuntenti li rawh u daqshekk, ma qalux lil Ġwanni “grazzi tal-informazzjoni” u komplew bil-ħajja tagħhom… Read more »