Homilies by the Auxiliary Bishop

Blessed are those who are kind – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Photo by SHVETS production L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25:40). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, meta jsemmi dawk li aħna nafuhom bħala l-opri tal-ħniena. Jgħid: kont bil-ġuħ, bil-għatx, barrani, għeri, marid, u fil-ħabs. Jgħid li jistenna minna, li aħna dixxipli tiegħu, li aħna nieqfu ma’ dawk li huma fil-bżonn għax fuq hekk se nkunu ġġudikati. 

Il-Papa Franġisku jgħaqqad flimkien il-Beatitudnijiet mal-opri tal-ħniena… Read more »

Jesus’ choice – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tat-tentazzjonijiet ta’ Ġesù, li smajna fl-Evanġelju skont San Mattew, hija ġrajja li għandha ħafna dawl u għajnuna x’tagħtina għall-ħajja tagħna.

Jekk ix-xitan ittanta lil Ġesù, li hu bin Alla, kemm aktar nistennew li jittanta lilna! Għalhekk dan ir-rakkont jagħmlilna l-qalb, għax jurina li t-tentazzjonijiet huma parti mill-ħajja, nistennewhom, u li rridu nagħmlu aħna hu li noqogħdu attenti ħalli ma nċedux għat-tentazzjonijiet imma nagħrfu nagħżlu t-tajjeb mill-ħażin… Read more »

I showed the little ones – Bishop Galea-Curmi

  Parish of the Lady of Fatima, Gwardamanġa

Photo by Bennet P Biju L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar tal-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, u għin lil dawk li għandhom l-aktar bżonn tal-ħniena tiegħek”. Din it-talba li aħna soltu ngħidu ma’ kull misteru tar-Rużarju ma kinitx fit-talba oriġinali tar-Rużarju, imma hija talba li għandha l-oriġini tagħha proprju fil-ġrajja ta’ Fatima. Hija t-talba li tfisser, fi ftit kliem, il-messaġġ importanti li tat il-Madonna ġewwa Fatima, il-messaġġ li tat lit-tliet itfal: Franġisku, Ġaċinta u Luċia… Read more »

Help us and be compassionate – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

It-talba, il-karba li għamel dan ir-raġel lil Ġesù kienet: “Għinna u ħenn għalina” (Mk 9:22). Dar-raġel kellu lil ibnu li kellu spirtu ħażin fih. Kien hemmhekk flimkien mal-kotra ta’ nies, u d-dixxipli, u mal-kittieba qegħdin jitkellmu. U Ġesù wasal, kien għadu kif niżel mill-muntanja tat-Trasfigurazzjoni, u jarahom hemm. Dar-raġel ħareġ mill-folla u qallu biex jgħin lit-tifel billi jneħħi minnu l-ispirtu ħażin… Read more »

Forgiveness frees us – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħafna minna żgur jiftakru lill-Papa Ġwanni Pawlu II, illum qaddis. Fost l-eluf ta’ ritratti taż-żmien twil li dam Papa, ritratt li verament jolqotni u jagħti messaġġ qawwi kien dak ta’ meta l-Papa mar iżur il-ħabs lil dak li sparalu.  Din kienet ġrajja li twettaq fil-prattika dak li smajna llum fl-Evanġelju, fejn lil dak li sparalu biex joqtlu l-Papa mar biex jurih il-maħfra tiegħu… Read more »

Deny ourselves – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja”             (Mk 8:34). Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mark, fejn isemmilna dawn it-tliet punti importanti għal kull min irid ikun dixxiplu tiegħu. Huma ta’ sfida għalina, għall-ħajja tagħna, imma huma żgur ta’ għajnuna kbira biex inkunu tassew dawk li nimxu warajh… Read more »

They see many signs, but they still ask for more – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Photo by Magda Ehlers L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Talbuh sinjal mis-sema” (Mk 8:11). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Mark illum fuq il-Fariżej li lil Ġesù talbuh sinjal mis-sema. Dawn kienu ilhom jaraw sinjali li kien jagħmel Ġesù, fosthom tant fejqan li għamel Ġesù. Imma eżatt qabel dan ir-rakkont, hemm ir-rakkont ta’ meta Ġesù għamel il-miraklu li bih tema’ erbat elef ruħ b’seba’ ħobżiet u ftit ħutiet.  Bidilhom, u għamilhom ikel biżżejjed għal dawk l-eluf, anzi kien baqa’ wkoll iżżejjed… Read more »

We are dear to God – Bishop Galea-Curmi

  Saint Vincent de Paule Chapel, Luqa

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nitħassarhom lil dawn in-nies” (Mk 8:2). Dan hu l-kliem li qal Ġesù llum fl-Evanġelju meta kellu n-nies li kienu ilhom tliet ijiem miegħu u ra li jekk jibgħathom, għall-bżonn iħossuhom ħażin fit-triq għax ma kellhomx x’jieklu. Għalhekk ried li d-dixxipli jipprovdulhom x’jieklu. Għalhekk “tħassarhom”. Imma d-dixxipli ma setgħux isibu, hemmhekk fid-deżert, minn fejn se jagħtuhom x’jieklu, u għalhekk kellhom dik ir-reazzjoni naturali… Read more »

Coming from the heart – Bishop Galea-Curmi

  The Church of St Agatha, Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kieku Ġesù kien qiegħed għaddej qalb in-nies illum u jgħid dan id-diskors li smajna fl-Evanġelju, naħseb waħda mir-reazzjonijiet kienet tkun: int għadek fil-Medjuevu! Ħalliha li Ġesù għex ħafna qabel il-Medjuevu! Imma meta nisimgħu ċertu diskors minn Ġesù, u ċertu diskors fuq valuri importanti għall-ħajja, kultant ikun hemm min jgħid: dawn affarijiet tal-passat, illum kbirna, ma għadniex nemmnu f’dawn l-affarijiet.

Ħu, per eżempju, dak li jgħid Ġesù fuq l-adulterju… Read more »

God wants what is best for us – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu” (Mk 6:56). Hekk naqraw illum fl-Evanġelju skont San Mark, f’din id-deskrizzjoni sabiħa tan-nies li jiġru wara Ġesù biex ifejjaq il-morda tagħhom. Hawnhekk kien għadu kif wasal fl-art ta’ Ġennesaret, u n-nies mal-ewwel indunaw u marru jiġru u jġorru wkoll il-morda fuq l-imtieraħ biex ifejjaqhom. Hawnhekk lil Ġesù narawh qed jaqdi din il-missjoni sabiħa tal-fejqan… Read more »