Homilies by the Auxiliary Bishop

His Mother standing beneath the cross – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of Our Lady of Sorrows

  Church of St Mary of Jesus (Ta' Ġieżu), Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ommu …” Dak li naqraw f’San Ġwann l-evanġelista jgħidilna fil-qosor ħafna li Marija kienet wieqfa taħt is-salib. Ma jgħidx x’kienet qed tħoss dak il-ħin, ma jispjegax id-dulur tagħha, imma jgħid li kienet wieqfa taħt is-salib taqsam it-tbatija ma’ binha Ġesù.

Tolqotna din is-sentenza ta’ San Ġwann fuq Marija li kienet wieqfa hemm. Għaliex jekk aħna ninnutaw ftit fl-Evanġelju, naraw li Marija, wara t-twelid u t-tfulija ta’ Ġesù, ftit li xejn tissemma – xi darba jew tnejn tul il-ministeru ta’ Ġesù… Read more »

You have the words of everlasting life – Bishop Galea-Curmi

Mass offered with prayers for Covid-19 patients so that the Lord may truly heal their soul and body

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Naqraw fl-Evanġelju ta’ San Ġwann li, darba minnhom, wara li Ġesù kien tkellem u wassal il-Kelma ta’ Alla, kien hemm numru sew min-nies li qalu: “Iebes dan il-kliem”. U wara li Ġesù kompla jispjega, l-Evanġelju jgħid: “Minn dakinhar ħafna min-nies telquh u ma baqgħux jimxu warajh”.

Fis-silta li smajna llum, dawn in-nies li qegħdin f’polemika ma’ Ġesù, u għal kull waħda li jgħid jgħidulu oħra, ma jitilqux, imma fl-aħħar tas-silta jgħid li qabdu l-ġebel biex iwaddbuhulu… Read more »

The truth will set us free – Bishop Galea-Curmi

Mass offered with prayers for true and genuine discipleship

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-verità teħliskom”. Din il-kelma li smajna minn Ġesù llum turi l-qawwa li għandha l-Kelma ta’ Alla f’ħajjitna. Li hi kelma vera u hi kelma li tagħtina l-libertà vera, il-ħelsien. Ġesù għalhekk jgħid: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi…tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”.

Ma kinetx l-ewwel darba li tkellem fuq hekk Ġesù u lanqas l-aħħar darba. Fil-fatt, fil-bidu tal-ministeru tiegħu kien qal li hu ġie biex ixandar l-Aħbar it-Tajba li teħles lill-imjassrin, li tagħti l-libertà… Read more »

I always do what is pleasing to him – Bishop Galea-Curmi

Special Mass to those who left their homes and relatives to be of service in the present circumstances

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Jien dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu”. F’din is-sentenza Ġesù ġabar l-iskop tal-ħajja tiegħu, tal-missjoni tiegħu, u dak li għamel mill-bidu sal-aħħar. Niftakru li fil-bidu tal-missjoni tiegħu, tal-ħidma tiegħu qalb in-nies, kien qal: “Jien ma ġejtx biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ dak li bagħatni”. Dejjem baqa’ jinsisti fuqha din: li hu jrid jagħmel ir-rieda tal-Missier. Fl-Ort tal-Ġetsemani, fil-mument ta’ tbatija hekk kbira, Ġesù qal: “Jekk jista’ jkun biegħed minni dan il-kalċi imma mhux li rrid jien imma li trid int ikun magħmul”… Read more »

God gives us freedom and dignity – Bishop Galea-Curmi

Special Mass dedicated to lonely and sick people

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

Ġesù fil-ħajja tiegħu, diversi drabi, kellu nies li jippruvaw jonsbuh. Jistaqsuh mistoqsija mhux għax veru jixtiequ risposta għaliha imma biex iġibuh dahru mal-ħajt. Il-każ tal-lum huwa wieħed minn dawn, imma hu agħar għax ma kinetx biss mistoqsija biex jaraw kif se jwieġeb imma ġabulu quddiemu persuna li nqabdet fil-fatt fl-adulterju u qed isaqsuh iħaġġruhiex jew le, kif kellhom jagħmlu skont il-liġi ta’ Mosè. Nafu li Ġesù, wara mument fis-skiet, qalilhom: “Min m’għandux dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla”… Read more »

Jesus lives among us and gives us life – Bishop Galea-Curmi

Mass on the fifth Sunday of Lent

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm żewġ kelmiet speċjali f’dan ir-rakkont twil li għadna kemm smajna: “Ġesù beka”. Huma kelmiet speċjali f’din is-sentenza li hi waħda mill-iqsar li hemm fl-Iskrittura kollha. U speċjali għax naraw f’dan ir-rakkont lil Ġesù jibki għax Lazzru kien ħabib tiegħu, u jibki għax ħassu emozzjonat meta jara lil ħutu u lin-nies l-oħra wkoll jibku t-telfa ta’ Lazzru.

Ġesù jifhimna, hu wkoll għadda mit-tbatija, u jista’ jifhem dak li qed inħossu f’dawn iż-żminijiet… Read more »

Overcoming prejudices when listening with an open heart – Bishop Galea-Curmi

Special Mass to strengthen our faith in Our Lord

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Naħseb li diversi minna nistgħu nifhmu x’inhu preġudizzju. Jew għax aħna stess konna preġudikati fuq xi ħadd, jew għax konna vittma ta’ preġudizzju. Preġudizzju tfisser li ddaħħal xi ħaġa f’moħħok fuq xi ħadd, għalhekk preġudizzju, tiġġudikah qabel, u jagħmel x’jagħmel – jista’ jagħmel l-ilma jiżfen quddiemek – tibqa’ b’dak l-istess ħsieb fuqu.

Fl-Evanġelju naraw lil Ġesù vittma tal-preġudizzji tal-Fariżej u l-kapijiet ta’ dak iż-żmien… Read more »

Fearless, with faithfulness and love – Bishop Galea-Curmi

Special Mass asking God to give us courage and keep us away from any fear

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-mistoqsijiet li ġieli nagħmlu lilna nfusna hija: għaliex tagħmel il-ġid u taqlagħha fuq wiċċek? Għaliex tipprova tagħmel it-tajjeb u ssib ostakli, u ssib min jippersegwitak għax tagħmel it-tajjeb? Ġieli nisimgħu din il-mistoqsija, u forsi ġieli għamilnieha aħna stess lilna nfusna.

Nifhmu għaliex meta aħna naraw dan fid-dawl ta’ Ġesù. Fl-Evanġelju darbtejn hawn miktub li kienu qegħdin ifittxu li joqtluh… Read more »

May God’s Word dwell in us, his love in our heart – Bishop Galea-Curmi

Special Mass dedicated to the value of life and the dignity of every person

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm żewġ sentenzi f’dan il-kliem ta’ Ġesù li huma iebsa ħafna, hu u jitkellem ma’ dawn in-nies. Jgħidilhom: Il-Kelma ta’ Alla ma tinsabx fikom; u jgħidilhom ukoll: l-imħabba ta’ Alla ma tinsabx fikom. Jgħidilhom hekk Ġesù għax kien qed jitkellem ma’ nies li ma ridux jemmnu fih u jaċċettawh. Kienu qishom dawk in-nies li smajna fuqhom fl-Ewwel Qari meta Alla jgħid fuq il-poplu: dan hu poplu ta’ ras iebsa… Read more »

Our Lady teaches us how to live when plans get disrupted – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of the Annunciation of Our Lady

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Irċevejt messaġġ dalgħodu li kien jgħid hekk: is-sena 2020 li qegħdin fiha hija s-sena fejn il-pjanijiet kollha gew posposti jew tħarbtu. Illum aħna niċċelebraw il-ġrajja partikulari tat-Tħabbira tal-Mulej meta għal Marija l-pjanijiet kollha li kellha tħarbtu għal kollox. Meta hi semgħet ir-rieda ta’ Alla li ssir omm Alla kienet xi ħaġa li qatt f’ħajjitha ma ħasbet jew immaġinat, imma li biddlitilha ħajjitha mill-qiegħ… Read more »