A strong message – Bishop Galea-Curmi
Mass on the 24th Sunday in Ordinary Time
12/09/2021 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Għandu mnejn ninħasdu bil-kliem li Ġesù qal lil Pietru, li kien wieħed mill-aktar ħbieb ta’ ġewwa miegħu, meta qallu: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan”. Ħa nifhmu sew x’ġara. L-ewwel, meta Ġesù staqsa lid-dixxipli x’jaħsbu n-nies, mir-risposti deher ċar li n-nies kellhom ħafna ideat żbaljati dwar min hu. Imma meta staqsa lid-dixxipli x’jaħsbu huma, Pietru kellu r-risposta preċiża: “Inti l-Messija”. Imbagħad, meta Ġesù beda jispjega xi tfisser li hu kien il-Messija u jgħid minn xiex kien se jgħaddi – ibati, jiċħduh, joqtluh – qabel ma jasal għall-glorja, Pietru ġibdu lejh u beda jlumu, u kien dan il-mument meta Ġesù qallu: “itlaq minn quddiemi, ja xitan”… Read more »














