Featured

Rushed Parliamentary debate creating a very weak regulatory framework for cannabis

Government MPs should be allowed a free vote on cannabis law

Caritas Malta, OASI Foundation, the Secretariat for Catholic Education and the Church Schools’ Association have expressed their strong disappointment at the attitude shown by Government side during yesterday’s discussion at committee stage.

Despite numerous reasonable and balanced amendments proposed by the organisations, the Government side refused to consider any of the suggestions and remained adamant to pass a very weak regulatory framework which risks leaving a massive negative impact on our society, especially among children, youths and the most vulnerable… Read more »

St Andrew was entrusted with Jesus’ most important thoughts – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa ta’ Sant’Andrija nisimgħu l-Evanġelju tas-sejħa tiegħu skont San Mattew. L-Evanġelju ta’ San Ġwann jagħtina episodju ħelu meta Indrì jisma’ lil Ġwanni l-Battista jsejjaħ lil Ġesù l-Ħaruf t’Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja u jmur għand Xmun u jgħidlu li sabu l-Messija u hu Xmun li jintroduċi lil Pietru lil Ġesù skont l-Evanġelju ta’ San Ġwann (Ġw 1:41-42).

Hawnhekk għandna l-mument meta t-tnejn li huma: Xmun u ħuh Indrì jissejħu minn Ġesù b’dik l-istedina: “Ejjew warajja” (Mt 4:19)… Read more »

Maltese Bishop George Frendo resigns as archbishop of Tiranë-Durrës in Albania

Ritratt: argumentum.al

Il-Papa Franġisku aċċetta t-talba tal-Isqof George Frendo biex jirriżenja minn arċisqof ta’ Tirane-Durres fl-Albanija. L-Isqof George Frendo din is-sena għalaq 75 sena.

Il-liġi kanonika tgħid li isqfijiet djoċesani huma mitluba jissottomettu r-riżenja tagħhom lill-Papa meta jagħlqu 75 sena.

L-Isqof Frendo kien inħatar Isqof Awżiljarju ta’ Tirane-Durres fl-2006 mill-Papa Benedittu XVI, u għaxar snin wara kien inħatar arċisqof tal-istess djoċesi mill-Papa Franġisku… Read more »

Fr Annett: a respected exemplary man – The Archbishop

Mass on the 10th anniversary of the demise of Bishop Annetto Depasquale

  The Archbishop's Curia, Floriana

“Immorru ferħana f’dar il-Mulej” (S 121). L-aħħar jum ta’ Dun Annett bħal-lum 10 snin, kien jum imqalleb ta’ tbatija kbira għalih imma aħna nafuh u nirrispettawh fil-memorja tiegħu għas-serenità tiegħu, għall-ferħ tiegħu li kien jiġi minn bniedem li jaf jitgħallem jistrieħ fir-rieda ta’ Alla, li l-għan ta’ ħajtu kienet l-ubbidjenza lejn ir-rieda tal-Mulej. U t-tbissima ġentili tiegħu kienet mera ta’ din ir-ruħ retta u dixxiplinata, kif jgħidu l-Ingliżi ‘to a fault’, bħalma kienet il-lealtà tiegħu lejn is-superjuri tiegħu f’kull ċirkustanza u t-tbatija tiegħu kienet ukoll ġejja minn hemmhekk… Read more »

Only speak the word

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“…Int għid kelma biss u l-qaddej tiegħi jfiq”. Din hi t-talba li għamel iċ-ċenturjun lil Ġesù, meta mar isibu, jitolbu jfejjaq lill-qaddej tiegħu li kien batut ħafna. Hawn għandna ġrajja tassew sabiħa li tgħidilna ħafna affarijiet sbieħ għal ħajjitna. Nixtieq li nħarsu kemm lejn iċ-ċenturjun, kif ukoll lejn Ġesù, u naraw x’jgħallmuna permezz ta’ din il-ġrajja.

Iċ-ċenturjun kien bniedem li kellu responsabbiltà kbira… Read more »

A sign of hope – Bishop Galea-Curmi

Mass on the first Sunday of Advent

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-ewwel impressjoni li tieħu meta tisma’ dan id-diskors ta’ Ġesù hu li qed jgħid kliem li jista’ joħloq ansjetà, ibeżża’, forsi wkoll joħloq paniku. Ġesù jsemmi, fost l-oħrajn, taqlib fin-natura, fosthom il-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ. F’maltempata qawwija dawn ikunu ħsejjes tal-biża’, speċjalment jekk tinżerta f’nofs ta’ baħar. Nafu li anke maltempata qawwija tax-xita, bħalma kellna nhar il-Ħamis li għadda, toħloq inkonvenjent kbir u forsi wkoll ansjetà… Read more »

He wants us to wait for him with our eyes open – The Archbishop

Mass on the first Sunday of Advent

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena ħafna mill-Ħdud, nhar ta’ Ħadd se naqraw mill-Evanġelju ta’ San Luqa. Għandna tliet snin li fihom il-Knisja taqralna siltiet mill-Evanġelju ta’ San Mattew, imbagħad l-Evanġelju ta’ San Mark, li għamilna s-sena li għaddiet, u dis-sena bdejna s-sena ddedikata lil San Luqa.

Din is-silta li għadu kif qara l-arċipriet, hi meħuda mill-kapitlu 21 ta’ Luqa, qegħdin lejn l-aħħar tal-Evanġelju… Read more »