Featured

The Church in Malta strengthens its process of listening to continue welcoming everyone

  ĊAK Hall, Birkirkara

Ilbieraħ filgħaxija l-Arċisqof Charles Scicluna ppresieda l-Assemblea Djoċesana 2021 li nediet t-tieni sena tal-proċess ekkleżjali ta’ Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed: Knisja li tisma’ hi Knisja li tilqa’, b’rabta mal‑mixja sinodali lejn is‑Sinodu tal‑Isqfijiet li se jsir fl‑2023.

L-Assemblea nfetħet mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi li ta rendikont dwar dak li twettaq matul l-aħħar sena mill-proċess Knisja li Tisma’Read more »

The Archbishop at the Assembly: while welcoming, the Church must also ask for forgiveness

The closing message of the 2021 Diocesan Assembly

  ĊAK Hall, Birkirkara

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil kulħadd tal-preżenza tagħkom u b’mod speċjali wkoll insellem lil dawk li qed isegwuna b’mod diġitali jew virtwali fuq iż-Zoom. Kont qed ngħid lill-Isqof Joe, li naħseb li dan hu l-futur tal-Assemblea, li tkun hybrid ukoll – li nagħtu l-possibbiltà anke b’mod virtwali li wieħed ikun jista’ jipparteċipa.

Il-fatt li tilqa’ ma jfissirx li tieqaf tisma’… Read more »

Diocesan celebration on the solemnity of Christ the King

The annual Diocesan Assembly is held again

Nhar il‑Ħadd li ġej, 21 ta’ Novembru 2021, il‑Knisja Kattolika ser tiċċelebra l‑festa liturġika ta’ Kristu Re. L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien mal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jistiednu lill‑Insara jingħaqdu magħhom għal din iċ‑ċelebrazzjoni djoċesana.

Din tibda fil‑5:00 p.m. u ser issir fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, fejn tingħad it‑talba ta’ filgħaxija (l‑għasar). Qabel iċ‑ċelebrazzjoni ser ikun hemm servizz ta’ qrar u wara jkun hemm quddiesa… Read more »

The priest must be a bridge that connects us to Jesus’ heart – The Archbishop

Mass at the beginning of the pastoral work of Fr Joseph Mizzi as archpriest of the Parish of Rabat

  The Collegiate Basilica of St Paul, Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kliem ta’ Ġesù, li għadna kemm smajna, hu kliem li jfakkarna fit-tmiem tad-dinja kif nafuha. L-istess Evanġelju ta’ San Mark jgħidilna, fil-bidu tal-Kapitlu 13, li minnu tittieħed din is-silta li naqraw illum fil-knejjes tagħna, li dan il-kliem ntqal lill-grupp żgħir ta’ dixxipli. Ma kienx diskors li għamel biex jisimgħuh ħafna nies jew il-kotra. Kienu Pietru, Ġakbu u Ġwanni u Indrì, erbgħa kienu… Read more »

22 entities present position paper on the recreational use of cannabis to members of parliament

An appeal for a mature and researched debate

Twenty‑two entities presented a position paper on the recreational cannabis bill to members of parliament, expressing serious concern about the short and long term effects on society of the proposed legislation and calling for a serious, mature and researched debate on the subject. The proposed bill will be presented today for debate in Parliament.

All entities, many of which work with children and young people, strongly believe that as currently presented, the bill will have a negative effect in normalising drug use while failing to protect both society and drug users… Read more »

Conversion of heart is also a sign of salvation – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li hu Ġesù stess li jagħtina l-kliem biex nifhmu dan l-episodju sabiħ mill-Evanġelju ta’ San Luqa kapitlu 19. “Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva lill-mitluf” (Lq 19:10).

Hu veru li l-Evanġelju jibda bl-interess ta’ Żakkew li jara u jiltaqa’ ma’ Ġesù. Fil-fatt jitla’ fuq siġra tat-tin selvaġġ għax kien qasir, ma setax jara minħabba l-folla u jirnexxilu jara, imma anke Ġesù qed ifittxu… Read more »

Being sensitive with marginalized people – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hi talba tassew sabiħa dik li għamel dan l-għama: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!” Dan kien “mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità”. Din it-talba għamilha mhux darba, imma aktar minn darba: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!” Ħa nħarsu ftit lejn din il-ġrajja, u naraw x’tgħallimna għal ħajjitna.

L-ewwel, ħa nharsu lejn il-bniedem għama. L-Evanġelju jgħid li dan kien mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità… Read more »

The end should not frighten us – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 33rd Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta se jseħħ l-aħħar tad-dinja? Din hi diskussjoni li kultant żmien tqum, u nafu li kull darba li ħabbru li d-dinja se tispiċċa f’xi sena partikulari, dan ma seħħx. Meta nisimgħu dal-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju, għall-bidu taħsbu li qed jitkellem fuq dan, qisu biex jagħti ħjiel. Imma mbagħad jgħid sentenza ċara: ħadd ma jaf meta, “ħadd ħlief il-Missier”. Ma jaqtgħalniex il-kurżità! … Read more »

The Sunday Gospel: 14th November

Thirty-third Sunday in Ordinary Time
Readings of the day

First Reading: Dan 12:1-3
Psalm: 15(16):5,8,9-10,11
Second Reading: Hebrews 10:11-14,18

Gospel: Mk 13:24-32

In those days, Jesus told his disciples: “But in those days, after that suffering, the sun will be darkened, and the moon will not give its light, and the stars will be falling from heaven, and the powers in the heavens will be shaken. Then they will see “the Son of Man coming in clouds’ with great power and glory. Then he will send out the angels, and gather his elect from the four winds, from the ends of the earth to the ends of heaven. 

“From the fig tree learn its lesson: as soon as its branch becomes tender and puts forth its leaves, you know that summer is near. So also, when you see these things taking place, you know that he is near, at the very gates. Truly I tell you, this generation will not pass away until all these things have taken place. Heaven and earth will pass away, but my words will not pass away. “But about that day or hour no one knows, neither the angels in heaven, nor the Son, but only the Father”.  Read more »

Helping us come to a decision – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandu mnejn dan il-kliem ta’ Ġesù lilna jbeżżagħna, u joħloq fina ansjetà. Speċjalment meta jsemmi x’ġara fi żmien Noè – dak id-dulluvju – u x’ġara lil Sodoma, meta Alla qeridha. U iktar u iktar meta Ġesù juri kif dak li ġara ħa lin-nies għall-għarrieda, ma kinux jafu bih qabel.

Fil-fatt, Ġesù jgħid li dawn kienu “jieklu u jixorbu, iżewġu u jiżżewġu” fi żmien Noè; u meta jitkellem fuq Sodoma, jgħid li n-nies “kienu jieklu u jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu”… Read more »