Featured

Building society on the principles Jesus taught us: the principles of righteousness, solidarity and mercy – The Archbishop

Thanksgiving End of Year Mass

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Hekk huma jsejħu ismi fuq ulied Iżrael u jiena nberikhom” (Num 6:27). Il-barka li Mosè jitlob flimkien ma’ Aron u permezz ta’ Aron fuq ulied Iżrael, tuża wkoll din l-espressjoni: “Isejħu isem Alla fuq ulied Iżrael u Alla jberikhom”.

Xi tfisser li inti ssejjaħ isem Alla fuq uliedek? Tfisser li tirrikonoxxi l-primat ta’ Alla fuqek u fuq uliedek u tifhem ukoll li dak li se jmexxik huwa minn Alla u skont ir-rieda tiegħu… Read more »

Live: End of Year Mass and Mass on New Year’s Day

Illejla, 31 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, se jiċċelebraw Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fi tmiem is-sena bil-kant tad-Te Deum, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-quddiesa tibda fil-5:30pm.

Għada, l-1 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-quddiesa tibda fid-9:00am. Read more »

Liturgical celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna in January 2020

L-Erbgħa l-1 ta’ Jannar 2020, fid-9:00 a.m., l-Arċisqof  Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità tal-Imqaddsa Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi,  fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq TVM2 u fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ħamis 2 ta’ Jannar, fil-11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jikkonċelebra fil-Quddiesa tal-funeral tal-Kardinal Prospero Grech, fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan.

Is-Sibt 4 ta’ Jannar, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li ser jiżżewġu matul l-2020, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Read more »

A refugee family which was homeless for a while – Auxiliary Bishop

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hija familja, li għal xi żmien kienet homeless u refuġjata, dik li l-Knisja tqiegħed quddiemna bħala ispirazzjoni għall-ħajja tagħna.

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi kienet familja li għaddiet minn ħafna tbatija, fost l-oħrajn, kif rajna fl-Evanġelju llum, kellha taħrab minn pajjiżha – kienet refuġjata – bis-sofferenza kollha li dan kien ifisser. Dak iż-żmien ma kienet la faċli u lanqas xi ħaġa komda li tagħmel dak il-vjaġġ biex tħares il-ħajja tat-tifel li kienet fil-periklu… Read more »

Temples which are a home for the community of God’s people – The Archbishop

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Huwa xieraq li ltqajna hawnhekk illejla propju biex niċċelebraw dak li missirijietkom għamlu 350 sena ilu meta qiegħdu l-ewwel ġebla ta’ dan it-tempju grazzjuż. X’riedu jagħmlu? Riedu jibnu dar għal Alla fosthom. Imma riedu wkoll jibnu tempju xieraq fejn huma rikonoxxuti u miġburin bħala parroċċa, ikunu jistgħu jiltaqgħu biex jisimgħu l-Kelma ta’ Alla, jiċċelebraw l-Ewkaristija, jirċievu s-sagramenti, jiltaqgħu ma’ Alla… Read more »

Festa ta’ Ġenerożità with Dar tal-Providenza on January 1st

Waqt Festa ta’ Ġenerożità 2019

Id-Dar tal-Providenza se ttella’ l-24 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ta’ kull sena ssir fl-1 ta’ Jannar biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tas-Siġġiewi tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha kif ukoll issaħħaħha.

Il-Festa ta’ Ġenerożità tibda fid-9am b’quddiesa ċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-kappella tad-Dar. Wara jittella’ spettaklu ta’ varjetà kif ukoll isiru intervisti ma’ għadd ta’ personalitajiet li jżuru d-Dar, li jibqa’ sejjer sa nofsillejl… Read more »

Christmas lunch at the Curia

600 people attended the Caritas Christmas lunch

  The Archbishop's Curia, Floriana

F’Jum il-Milied il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana laqgħat madwar 600 persuna u 90 voluntier għall-ikla annwali tal-Milied. L-ikla, li ġiet organizzata minn Caritas Malta għall-ħames sena konsekuttiva, għandha l-għan li tiġbor flimkien persuni li kieku jqattgħu l-Milied weħidhom. Din is-sena l-ikla kienet miftuħa wkoll għal dawk li qegħdin jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċli u mhux qed ikollhom biżżejjed flus biex ilaħħqu mal-ispejjeż tal-ħajja.

L-Arċisqof żar lil dawk preżenti u awguralhom l-isbaħ xewqat… Read more »

Our Saviour is one – The Auxiliary Bishop

Mass celebrated on Christmas Eve

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

X’sens għandu li qegħdin niċċelebraw illum il-Milied – il-ġrajja ta’ ferħ kbir – fis-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha bħalissa fis-soċjetà tagħna f’Malta? Naħseb li l-Milied għandu messaġġ importanti ħafna għal ħajjitna llum. Insemmi żewġ affarijiet, fost diversi li tista’ tirrifletti fuqhom f’din il-ġrajja.

Dan hu s-Salvatur

L-ewwel nett, dak li smajna f’kull qari llum fil-Kelma ta’ Alla, hu ċar: “Illum tweldilna Salvatur”… Read more »

Generosity towards those who have a right to family life

Mass on Christmas Day

  St John's Co-Cathedral, Valletta

Homily by Archbishop Charles J. Scicluna

What does it mean to celebrate Christmas this year? I would like to quote a short verse from the gospel we have just heard proclaimed in Maltese.

First of all this very first chapter of the gospel of John introduces us to the mystery we are celebrating. In verse 14 we have the most important declaration, that the Word – the Son of God, became flesh and dwelt, lived among us and we have seen his glory full of grace and truth… Read more »