Illejla, 31 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, se jiċċelebraw Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fi tmiem is-sena bil-kant tad-Te Deum, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-quddiesa tibda fil-5:30pm.

Għada, l-1 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-quddiesa tibda fid-9:00am.