Featured

What right do we have to cast the first stone? – The Archbishop

Special Mass for those who are finding it difficult these days: to stay indoors, to be alone and because they are sick

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Ewwel Qari rajna l-Mulej isalva l-innoċenza ta’ Susanna permezz ta’ dan iż-żgħażugħ Danjel li waqaf lil dawn iż-żewġ imħallfin krudili, li għaliex Susanna ma ċeditx għall-istedina tagħhom għad-dnub, riedu jakkużawha inġustament b’adulterju.

Fl-Evanġelju Ġesù ma jiddefendix mara innoċenti; hija mara li nqabdet fid-dnub. Il-kundanna miktuba fil-Liġi hija ċara: għandha titħaġġar. Hekk jgħidulu: “Issa fil-liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom… Read more »

God gives us freedom and dignity – Bishop Galea-Curmi

Special Mass dedicated to lonely and sick people

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

Ġesù fil-ħajja tiegħu, diversi drabi, kellu nies li jippruvaw jonsbuh. Jistaqsuh mistoqsija mhux għax veru jixtiequ risposta għaliha imma biex iġibuh dahru mal-ħajt. Il-każ tal-lum huwa wieħed minn dawn, imma hu agħar għax ma kinetx biss mistoqsija biex jaraw kif se jwieġeb imma ġabulu quddiemu persuna li nqabdet fil-fatt fl-adulterju u qed isaqsuh iħaġġruhiex jew le, kif kellhom jagħmlu skont il-liġi ta’ Mosè. Nafu li Ġesù, wara mument fis-skiet, qalilhom: “Min m’għandux dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla”… Read more »

ŻAK House becomes a home for six hospital workers

  ŻAK House, Birkirkara

L-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) laqgħet fiż-ŻAK House f’Birkirkara (post attrezzat għall-gruppi ta’ żgħażagħ biex jorganizzaw live-ins u skambji), sitt ħaddiema tal-isptar, mingħajr ħlas, sabiex ikunu jistgħu jipproteġu l-familji u qraba tagħhom li jgħixu fi djarhom matul din is-sitwazzjoni diffiċli.

Għal żewġ radjografi, żewġ fiżjoterapisti, infermiera u tabib, bħalissa ż-ŻAK House saret ir-residenza permanenti tagħhom. Ma kinitx deċiżjoni faċli għalihom li jitilqu u jħallu lill-familji tagħhom warajhom, b’xi wħud anke jħallu tfal żgħar warajhom mingħajr ma jafu meta ser jerġgħu jgħannquhom.  Iżda ma kellhomx għażla oħra… Read more »

Jesus lives among us and gives us life – Bishop Galea-Curmi

Mass on the fifth Sunday of Lent

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm żewġ kelmiet speċjali f’dan ir-rakkont twil li għadna kemm smajna: “Ġesù beka”. Huma kelmiet speċjali f’din is-sentenza li hi waħda mill-iqsar li hemm fl-Iskrittura kollha. U speċjali għax naraw f’dan ir-rakkont lil Ġesù jibki għax Lazzru kien ħabib tiegħu, u jibki għax ħassu emozzjonat meta jara lil ħutu u lin-nies l-oħra wkoll jibku t-telfa ta’ Lazzru.

Ġesù jifhimna, hu wkoll għadda mit-tbatija, u jista’ jifhem dak li qed inħossu f’dawn iż-żminijiet… Read more »

Admission criteria for Church Sixth Forms

The Secretariat for Catholic Education would like to inform the general public that, in the present unprecedented circumstances, De La Salle College and St Aloysius College Sixth Forms will maintain the ongoing discussion with the Education authorities and MATSEC board.

Once these discussions are concluded, revised admission criteria for entry into both Sixth Forms for the academic year starting September 2020, will be determined and published by the respective Colleges. 

The general public is kindly asked to allow these educational institutions the space and time required to validly and justly respond to the current context in the best interest of all.    Read more »

The resurrection of Lazarus witnesses the power of Jesus – The Archbishop

Special Mass transmitted live

  The Church of St Francis, Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut” (Ġw 11:21). Marija, bħal Marta oħtha, hija mnikkta minħabba l-mewt ta’ ħuhom Lazzru. Tirrepeti l-istess kliem li kienet qalet l-istess oħtha ftit qabel: “Mulej, kieku kont hawn ħija ma kienx imut” (Ġw 11:32).

Dawn il-ġranet meta kuljum nisimgħu b’aħbarijiet kiefra ta’ nies imutu bla ħtija minħabba virus qerriedi, forsi tiġina wkoll din il-mistoqsija quddiem Alla: ‘imma inti hawn?’ Min jaf kemm ulied li tilfu l-ġenituri tagħhom fl-Italja, fi Spanja, jagħmlu din l-osservazzjoni quddiem il-Mulej: ‘kieku kont hawn!’ U din hija l-mistoqsija li lill-Mulej triegħxu… Read more »

The Sunday Gospel: 29th March

Fifth Sunday of Lent
Readings of the day

First Reading: Ezek 37, 12-14
Psalm: 129 (130), 1-2.3-4ab.4c-6.7-8
Second Reading: Rom 8, 8-11

Gospel: Jn 11, 1-45

Now a man was ill, Lazarus from Bethany, the village of Mary and her sister Martha. Mary was the one who had anointed the Lord with perfumed oil and dried his feet with her hair; it was her brother Lazarus who was ill… Read more »

Overcoming prejudices when listening with an open heart – Bishop Galea-Curmi

Special Mass to strengthen our faith in Our Lord

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Naħseb li diversi minna nistgħu nifhmu x’inhu preġudizzju. Jew għax aħna stess konna preġudikati fuq xi ħadd, jew għax konna vittma ta’ preġudizzju. Preġudizzju tfisser li ddaħħal xi ħaġa f’moħħok fuq xi ħadd, għalhekk preġudizzju, tiġġudikah qabel, u jagħmel x’jagħmel – jista’ jagħmel l-ilma jiżfen quddiemek – tibqa’ b’dak l-istess ħsieb fuqu.

Fl-Evanġelju naraw lil Ġesù vittma tal-preġudizzji tal-Fariżej u l-kapijiet ta’ dak iż-żmien… Read more »

Prayer and quiet service: these are our victorious weapons

An extraordinary moment of prayer by Pope Francis

  St Peter's Basilica, the Vatican

Illejla, 27 ta’ Marzu fis-6pm, quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru, il-Papa Franġisku ppresieda mument straordinarju ta’ talb f’dan iż-żmien tal-pandemija flimkien mal-Adorazzjoni tas-Santissmu Sagrament, li beda bis-smigħ tal-Kelma ta’ Alla. Qrib il-kanċell ewlieni tal-Bażilika tal-Vatikan kien hemm ix-xbieha tas-Salus Populi Romani u l-Kurċifiss ta’ San Marcello.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, il-Papa ta l-Barka ‘Urbi et Orbi’, bil-possibbiltà li wieħed jirċievi l-indulġenza plenarja.

Homily by Pope Francis

“When evening had come” (Mk 4:35)… Read more »

Let’s prepare to receive the gift of redemption that Jesus wanted to give us – The Archbishop

Special Mass asking God to give us courage and keep us away from any fear

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kull nhar ta’ Ġimgħa fir-Randan l-Evanġelju jippreparana għall-kunflitt kbir li mbagħad iseħħ b’mod qawwi fil-Ġimgħa Mqaddsa, kunflitt bejn Ġesù u l-kapijiet ta’ Ġerusalemm.

Hija l-festa tal-Għerejjex. Il-festa tal-Għerejjex kienet festa kbira fil-ħarifa meta l-poplu Lhudi kien ifakkar l-40 sena li għamel iterraq fid-deżert, l-għerusija tiegħu ma’ Alla fejn irċieva l-kmandamenti, fejn bena l-arka tal-preżenza tal-Mulej, id-don tal-manna. Fil-fatt fl-arka li tiġi ċċelebrata wkoll fil-festa tal-Għerejjex, kien hemm it-twavel tal-Liġi u ftit manna li l-Iżraeliti ġabru fid-deżert matul dawk l-40 sena… Read more »