He himself bore our sins – Bishop Galea-Curmi
Mass on Palm Sunday
05/04/2020 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
F’dan ir-rakkont tal-Passjoni skont San Mattew għandna konċentrazzjoni ta’ ħażen. Meta naraw dan ir-rakkont biċċa biċċa, naraw dnub wara ieħor. Ġesù għaddej f’din il-passjoni, u dawk li għandhom sehem f’din il-passjoni b’xi mod jew ieħor qed jagħżlu dak li hu ħażin, dak li hu dnub.
Naraw it-tradiment, l-għira, il-mibegħda, il-vjolenza, l-insulti, il-ħarba mir-responsabbiltà, u l-abbuż tal-poter. Hemm qisu dak li kultant ngħixu fl-esperjenza tagħna l-bnedmin ikkonċentrat hemmhekk fil-passjoni ta’ Ġesù, sal-aħħar mument meta jsallbuh u jmut… Read more »













