The seed of new life – Bishop Galea-Curmi
Easter Vigil of the Resurrection of Christ
11/04/2020 Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal BalzanL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Bdejna din il-Vġili tal-Għid fid-dlam. U kien fid-dlam ukoll meta ż-żewġ nisa, kif smajna fir-rakkont tal-Evanġelju skont San Mattew, marru fejn il-qabar ta’ Ġesù. Kien fid-dlam meta qed jibda jżernaq il-jum. Ma marrux hemmhekk bit-tama li jarawh ħaj. Marru hemmhekk sforz l-imħabba kbira li kellhom lejh, huma li kienu tant qrib tiegħu fil-ħajja. Huma li kienu semgħu l-kelma tiegħu, kienu qrib tiegħu, baqgħu fidili lejh sal-aħħar, sa taħt is-salib, huma li xtaqu li qatt ma jgħaddu minn din l-esperjenza tal-firda daqshekk kiefra li Ġesù mhux biss imut imma jkun maqtul b’dak il-mod terribbli… Read more »














