Featured

Caritas Malta helping the most vulnerable during COVID-19

Caritas Malta mħassba dwar realtà ta’ persuni li bħalissa qed isofru konsegwenzi soċjali u ekonomiċi minħabba l-Covid-19 u li għandhom bżonn għajnuna urġenti.

Permezz ta’ persuni li qed iċemplu fuq linji ta’ Caritas li nfetħu apposta, kif ukoll tal-ħidma mill-qrib ma’ NGOs u l-kapillani fil-parroċċi, Caritas Malta qed tiltaqa’ dejjem iktar ma’ realtajiet ta’ gruppi ta’ nies vulnerabbli li huma l-aktar f’riskju matul din il-kriżi:

  • Dawk li diġà kellhom dħul baxx qabel il-pandemija;
  • Anzjani li jgħixu weħidhom, li kellhom xi għajnuna minn ġirien jew servizzi fid-dar li issa ma jistgħux jingħataw;
  • Ġenituri bi tfal b’diżabbiltà, speċjalment dawk severi li wkoll naqsilhom ir-respite peress li waqqfu l-iskejjel;
  • Dawk il-Maltin jew barranin li diġà sfaw bla saqaf u anki ma jistgħux jaċċessaw xelters minħabba restrizzjonijiet;
  • Barranin li tilfu x-xogħol jew naqsulhom is-sigħat ta’ xogħol u mhux intitolati għall-benefiċċji ta’ nuqqas ta’ impjieg jew sussidju fuq il-kera…
  • Read more »

Sunday Mass in English

As from tomorrow, 19th April, Divine Mercy Sunday, the Archdiocese of Malta will introduce a televised Sunday Mass in English. This initiative is being taken in collaboration with PBS.

Holy Mass will be broadcast on the Archdiocese of Malta website www.church.mt at 10:30am and on TVM2 at 6:30pm. Archbishop Charles Scicluna will celebrate Mass from the church of the Franciscan Friars, which is dedicated to St Francis, in Hamrun… Read more »

Making Christ the cornerstone of our lives – Bishop Galea‑Curmi

Mass offered with prayers for respect and tolerance towards all human beings

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka”. Hekk għedna fis-Salm illum, u hekk smajna lil Pietru fl-ewwel qari mill-Atti tal-Appostli, jgħid lill-kapijiet, lix-xjuħ u lill-kittieba meta staqsewh b’liema qawwa u f’isem min qed jagħmel dak li qed jagħmel, hu u l-appostli. Hu qalilhom: Fl-isem ta’ Ġesù ta’ Nazaret, li intom qtiltuh imma Alla qajmu mill-imwiet. Qalilhom: “Din hi l-ġebla li intom il-bennejja warrabtu u li saret il-ġebla tax-xewka”… Read more »

Message by Archbishop Charles Scicluna on the 30th month since the assassination of Daphne Caruana Galizia

Il-tagħlim soċjali tal-Knisja jfakkarna illi l-paċi hija msejsa fuq il-verità, ġustizzja, libertà u mħabba. Dawn l-erba’ valuri huma l-pedament u jiddependu minn xulxin, kull wieħed minnhom huwa essenzjali; komunità ma tistax tkun verament fil-paċi jekk imqar waħda minnhom tkun nieqsa jew imwarrba.

Wara 30 xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għadna nistennew il-verità kollha dwar il-komplott wara l-assassinju tagħha u għadna nistennew li ssir ġustizzja magħha, mal-familja tagħha u magħna lkoll għax l-assassinju tagħha kien ukoll attakk premeditat fuq is-soċjetà tagħna… Read more »

Do those we meet recognise the peace of Jesus within us? – The Archbishop

Mass with prayers for the Lord to strengthen our faith in today's circumstances

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-ewwel jum tal-ġimgħa dakinhar tal-irxoxt, wara li d-dixxipli ta’ Għemmaws kienu rritornaw lejn sħabhom u tgħarrfu lill-oħrajn x’kien ġralhom u kif għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż, Ġesù nnifsu jieqaf f’nofs id-dixxipli tiegħu u jagħtihom l-ikbar tislima: “Is-sliem għalikom” (Lq 24:36) jew inkella, kif nafuha u kif nużaw ukoll fil-Liturġija: il-Paċi Magħkom. Din hija t-tislima ta’ Kristu rxoxt, it-tislima li biha l-isqof fl-Ewkaristija jsellem lil poplu ta’ Alla għax hija t-tislima ta’ Ġesù stess… Read more »

A request by the Maltese Bishops to the Vatican to intervene in the resettlement of migrants rescued at sea

Il-Konferenza Episkopali Maltija bagħtet ittra lill-Vatikan indirizzata lill-Kardinal Pietro Parolin, is-Segretarju tas-Sanata Sede, sabiex jintervjeni mal-istati l-oħra membri tal-Unjoni Ewropea u jitlobhom jappoġġjaw lil Malta billi jaċċettaw rilokament tal-migranti kollha abbord jew uħud minnhom.

Waħda mir-raġunijiet li ssemmiet kienet li l-pajjiż għadu kif daħħal 64 migrant minn fuq il-baħar bit-total għal din is-sena jitla’ għal 1,200 ruħ. Minkejja li matul is-snin sar rilokament ta’ migranti li jiddaħħlu f’Malta mill-baħar, xorta l-biċċa l-kbir jibqgħu f’pajjiżna… Read more »

In every Mass we allow the Lord to open our hearts to the Scriptures – The Archbishop

Mass on the feast of St Gregory

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan ir-rakkont sabiħ, aħna nafuh bħala r-rakkont tad-dixxipli ta’ Għemmaws,  jagħti l-istruttura ta’ dak kollu li aħna niċċelebraw meta nfakkru bil-qima l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet.

Jekk aħna nħarsu lejn dan ir-rakkont, nirrealizzaw li bħalna d-dixxipli ta’ Għemmaws għalkemm kienu semgħu r-rakkont kollu tal-passjoni ta’ Ġesù u anke l-qawmien tiegħu għax semgħu wkoll dak li qalu n-nisa, xorta jgħaddu għal għonq it-triq b’sens ta’ dieqa f’qalbhom… Read more »

The test we face as a nation – The Archbishop

The Archbishop with Peace Lab residents

We have been called upon to make many sacrifices in recent weeks to halt the spread of the insidious and deadly COVID-19 virus that poses great risk to everyone and everything we hold dear. 

New terms have come into being, such as social-distancing and self-isolation; while we have had to adopt practices that seemed unthinkable just a few weeks ago, the cruellest being not being able to see in the flesh members of our own families… Read more »

Jesus calls us his ‘brethren’ because through his death and resurrection he reconciled us to one another and to the Father – The Archbishop

Mass offered for the protection of life in every circumstance

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-anġli u anke Ġesù l-ġardinar fid-djalogu tagħhom ma’ Marija ta’ Magdala jsejħulha sempliċement ‘mara’. U jagħmlulha din il-mistoqsija, kemm l-anġli u kemm Ġesù l-ġardinar: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” (Ġw 20:13,15).

Id-domanda hija domanda ironika. L-anġli u Ġesù l-ġardinar jafu r-risposta, jafu li qiegħda tibki l-mewt ta’ Ġesù. U issa trawma oħra: il-fatt li l-katavru ta’ Ġesù m’għadhux fil-qabar… Read more »

An open heart to the living Christ – Bishop Galea-Curmi

Mass with prayers for the three COVID-19 victims

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Kemmxa flus ġmielha”. Dan kien li l-qassisin il-kbar u x-xjuħ taw lill-għases biex jivvintaw storja ħa jagħmlu cover-up, ħa jgħattu l-ġrajja tal-qawmien ta’ Ġesù.

Il-ġrajja tal-qawmien fil-fatt hi ġrajja fundamentali għall-fidi tagħna. Naraw kif toħloq reazzjonijiet differenti: hawn għandna l-kuntrast fl-Evanġelju bejn dawk li kellhom qalbhom magħluqa, anzi kif juri l-Evanġelju, qalb korrotta; u dawk li kellhom qalb miftuħa, u aċċettaw u laqgħu lil Kristu ħaj… Read more »