Featured
A prayer to St Publius
25/04/2020San Publiju,
Prinċep tal-gżira ta’ Malta u patrun tagħha,
agħtina il-grazzja li aħna nimitawk fil-qalb kbira u ġeneruża tiegħek,
li aħna niltaqgħu ma’ Ġesù fil-qawwa tiegħu li jfejjaq,
b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet meta aħna fil-periklu tal-mard kontaġġjuż u qerriedi.
Nitolbuk tinterċedi għalina biex ngħarfu nieħdu ħsieb xulxin,
inħobbu ’l xulxin u biex nagħrfu niftħu qalbna għal kulħadd,
hu min hu,
kemm dawk li jgħixu fostna,
kemm dawk li jinsabu fl-ibħra ta’ madwarna fil-periklu, jixxennqu u jitkarrbu għall-għajnuna tagħna… Read more »
God transforms the little we do into something great – Bishop Galea-Curmi
Mass with prayers for the Lord Jesus to continue to giving our country the gift of strength and wisdom to all who lead us
24/04/2020 The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, FlorianaL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
“Dawn x’inhuma għal daqshekk nies?” Dan kien il-kliem li wieħed mid-dixxipli ta’ Ġesù, Indrì, qallu meta semmielu l-ħames ħobżiet u żewġ ħutiet li kellu t-tfajjel hemmhekk, biex jitma’ lil dawk l-eluf.
Ġesù ried li jagħtihom l-ikel, u ikel ma kienx hemm. Kien hemm biss dan it-tfajjel b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet. Nista’ nimmaġina l-ħarsa fuq wiċċ dan id-dixxiplu meta qallu b’dawn il-ħames ħobżiet u żewġ ħutiet biex jitma’ lil dawk l-eluf… Read more »
Funeral payments and assistance from parish priests
Statement by the College of Parish Priests
23/04/2020Is-70 kappillan tal-Arċidjocesi ta’ Malta ssospendew l-kontribut finanzjarju mogħti lis-saċerdot għas-servizz tal-funerali. Din il-miżura temporanja hija intenzjonata li ttaffi d-diffikultajiet finanzjarji li ħafna familji qed jesperjenzaw konsegwenza tas-sitwazzjoni li żviluppat mill-imxija tal-coronavirus.
Fil-preżent, il-kappillani u l-kummissjoni djakonija ta’ kull parroċċa qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jgħinu b’mod konkret lill-familji, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli. Dan minbarra għajnuna oħra spiritwali permezz ta’ inizjattivi ta’ talb online jew talb privat fil-knejjes parrokkjali… Read more »
God so loved the world – Bishop Galea-Curmi
Mass with prayers for those who do not believe or have lost their faith, to recognise the Lord in his infinite mercy
22/04/2020 The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, FlorianaL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
X’inhi l-Aħbar it-Tajba? Aħna nisimgħu ta’ spiss li bħala dixxipli ta’ Ġesù għandna nxandru l-Aħbar it-Tajba. Imma x’inhi?
Fil-kliem ta’ Ġesù lil Nikodemu, għandna l-qalba tal-Aħbar it-Tajba, meta hu jgħid: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem”. Kieku kellek tiġbor l-Aħbar it-Tajba fl-essenzjal, hu proprju f’dan il-kliem ta’ Ġesù… Read more »
The Bible in Maltese is now on the YouVersion Bible app
22/04/2020L‑Għaqda Biblika Maltija, li għadha kif lestiet il‑ħames edizzjoni tat‑traduzzjoni tal‑Bibbja mil‑lingwi oriġinali għall‑Malti, tħabbar li t‑test se jkun parti mill‑app tal‑Bibbja popolari YouVersion għall‑iOS u Android.
Bħala parti mis‑servizzi tagħha, YouVersion toffri mhux biss it‑traduzzjoni l‑iktar riċenti tal‑Għaqda Biblika Maltija, imma wkoll l‑opportunità ta’ talb kuljum mill‑Iskrittura, u riżorsi oħra għat‑tfal, żgħażagħ u kbar.
Il‑Bible App tal‑YouVersion, li tintuża fuq iktar minn 415 miljun smartphone, tablet u laptop, tista’ titniżżel b’xejn… Read more »
To be reborn from above – Bishop Galea‑Curmi
Mass offered with prayers to residents and workers at the Corradino Corrective Facility
21/04/2020 The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, FlorianaL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Nikodemu kien Fariżew. Imma kien differenti minn uħud minn sħabu l-Fariżej.
Nafu, speċjalment mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, kif il-Fariżej, meta kienu jiltaqgħu ma’ Ġesù, kienu jagħmlulu ħafna mistoqsijiet. Imma l-intenzjoni tagħhom ma kinetx biex isiru jafu, imma kemm-il darba staqsew lil Ġesù biex jonsbuh, jew inkella biex jidħlu f’dibattitu miegħu. Ġesù mal-Fariżej ħafna drabi sab qisu ħajt; ras iebsa u qalb magħluqa… Read more »
Our Baptism: a spirit of forgiveness, reconciliation and love – The Archbishop
Mass offered to pregnant women and all those that gave birth in the past few weeks
20/04/2020 Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
F’dan id-djalogu ma’ Nikodemu l-Mulej jibda jgħallem lid-dixxipli tiegħu b’mod speċjali lil dan l-għaref tal-Liġi, it-tifsira profonda tal-Magħmudija li aħna l-Insara rċevejna u li nġeddu kull sena fil-lejl qaddis tal-Għid.
Ġesù jsejjaħ il-Magħmudija bħala t-twelid ġdid mill-ilma u l-ispirtu (Ġw 3:5). F’dawn il-ġranet ħafna jitkellmu dwar bidu ġdid. Donnu d-dinja li konna nafu sa ftit ġimgħat ilu waqfet u għandha bżonn terġa’ tibda u x-xewqa tagħna hija li meta tibda tkun ftit differenti… Read more »
Today’s open wounds of the Risen Christ – Bishop Galea-Curmi
Mass on the feast of the Divine Mercy
19/04/2020 Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal BalzanL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
“Imbeżżgħa … bil-bibien magħluqa”. Hekk kienu d-dixxipli miġbura flimkien: imbeżżgħa u bil-bibien magħluqa. Kienu qishom qed jagħmlu self-isolation bħala grupp mhux għaliex fil-pajjiż kien hemm lockdown, jew għaliex kien hemm xi periklu bħalma għandna aħna llum – u għalhekk noqogħdu ġewwa – imma għax kienu mbeżżgħa minn dawk in-nies li lil Ġesù kienu wassluh għall-passjoni u l-mewt tiegħu… Read more »
The Lord is inviting us to truth which is not against the natural sciences but goes beyond – The Archbishop
Mass of the second Sunday of Easter and Divine Mercy Sunday
19/04/2020 The Church of St Francis of Assisi, ĦamrunHomily by Archbishop Charles Jude Scicluna
“Bring your hand and put it in my side and do not be unbelieving but believe” (Jn 20: 27). These words were addressed by Jesus to Thomas a week after Easter. Thomas had insisted that he had to have evidence of the identity of Jesus and of his resurrection. In fact he insisted with the disciples of Jesus: “Unless I see the mark of the nails in his hands and put my finger into the nail marks and put my hand into his side, I will not believe” (Jn 20:25)… Read more »














