Featured

Directives for the celebration of feasts this year

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tippubblika direttivi dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi għal din is-sena. Dawn id-direttivi, li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju u japplikaw biss għal din is-sena, jispjegaw b’mod dettaljat dak li kien tħabbar mill-Isqfijiet fiċ-ċirkulari tal-24 ta’ Marzu li għadda u li issa jista’ jiġi attwat. Dawn id-direttivi ġew ippubblikati fuq il-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta knisja.mt. 

Id-direttivi huma bbażati fuq tliet prinċipji: li l-poplu Nisrani jrodd ħajr lil Alla għal dak kollu li għamel magħna, speċjalment f’din is‑sena li kienet karatterizzata minn pandemija; li jissaħħaħ is-sens ta’ għaqda fil-komunitajiet Insara; u li tingħata importanza speċjali lill-prinċipju ta’ solidarjetà billi ssir enfasi aktar mis-soltu fuq l-għajnuna li l-Knisja toffri lill-persuni fil-bżonn… Read more »

‘You are welcome’: The words that should resonate in our hearts for one another – The Archbishop

Pontifical Mass on the feast of Our Lady of Ta' Pinu

  The Shrine of Our Lady of Our of Ta' Pinu, Gozo

Pontifikal ta’ Filgħaxija tal-Festa tas-Sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu mmexxi mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

Posted by Diocese of Gozo on Monday, June 22, 2020 L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna, illum nafuh ukoll bħala t-tieni misteru tal-Glorja – tad-Dawl, u f’dan is-santwarju għażiż għandna din il-grazzja kbira li aħna mdawrin, milqugħin mill-ikoni sbieħ tal-20 misteru tar-Rużarju Mqaddes… Read more »

The judgement of the heart is in God’s hands – Bishop Galea‑Curmi

Mass offered to judges and magistrates so that justice is done through their judgement

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Tiġġudikawx” hi l-kelma ċara li Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu u li jgħid lilna llum ukoll.  Hemm ħafna x’tomgħod f’dil-kelma li jgħid.

X’jiġfieri “tiġġudikawx”? Ifisser li meta tara dak li hu ħażin madwarek, tagħlaq għajnejk jew tħares in-naħa l-oħra biex ma tiġġudikax? Ifisser li meta tara dak li hu ħażin fik stess, tiskot u tgħid: “Aħjar ma ngħid xejn fuq dak li hu ħażin”? … Read more »

Do not let fear overwhelm us –Bishop Galea‑Curmi

Mass on the 12th Sunday in Ordinary Time

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

Aktar ritratti fui: knisja.mt/ritratti L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Għal tliet darbiet, fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jgħid lill-appostli tiegħu “la tibżgħux”. Kellu raġun jgħidilhom hekk għax seta’ jara minn qabel kif dawn l-appostli, fil-mument tal-akbar tbatija – jiġifieri fil-passjoni u l-mewt tiegħu – beżgħu, u għalhekk kważi kollha telquh.

Imma meta niżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu u tahom il-qawwa li għenithom biex jirbħu l-biża’, imbagħad setgħu jiftakru f’dal-kliem li qal Ġesù, meta qalilhom: “La tibżgħux… Read more »

Martyrs are those who were not ashamed of acknowledging the Lord before others – The Archbishop

Holy Mass on the 12th Sunday in Ordinary Time

  St Paul’s Parish Church, Rabat

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

“Fear no one” (Mt 10:26). Jesus repeats this phrase three times in the Gospel we have just heard from chapter 10 of the Gospel of Matthew. “Do not be afraid” (Mt 10:36). “Do not be afraid of those who kill the body but cannot kill the soul” (Mt 10:28).

Now being afraid is a very human instinct and when we are threatened on a psychological level, on a physical level, our reaction is fear… Read more »

A consistent life ethic

The document that has just been published by the Church in Malta, entitled One Church. One Journey. A Process of Ecclesial Renewal 2020-2024, underlines a strong commitment to the promotion of human life and dignity: “Above all, we are called to place the safeguarding of human life and dignity at the centre of our proclamation and service.”

This fundamental option reminds us of the words of Jesus: “I came so that you may have life, and have it in abundance” (Jn 10:10)… Read more »

Pope adds three new invocations to the Litany of the Blessed Virgin Mary

“Mater misericordiae”, the Latin for “Mother of mercy”; “Mater spei”, or “Mother of hope”; and “Solacium migrantium”, or “Solace of migrants” are the new invocations to the Blessed Virgin Mary in the Litany of Loreto, which is often recited at the end of the Rosary.

The addition that Pope Francis has made to the Litany of Loreto, was made public by the Congregation for Divine Worship and the Discipline of the Sacraments, on Saturday.  It was timed for the feast of the Immaculate Heart of Mary, June 20… Read more »

How can God not accept you as you are, as he created you? – The Archbishop

Holy Mass on the Solemnity of the Most Sacred Heart of Jesus

  The Basilica of the Nativity of the Virgin Mary, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan iż-żmien nużaw kliem bħal: il-karattru ta’ dak li jkun jew il-personalità tiegħu, imma fl-Iskrittura, fit-tradizzjoni minn fejn nibtet u xxandret il-Kelma ta’ Alla, anke l-Evanġelju li għadna kemm smajna minn San Mattew, minflok dawn il-kelmiet karattru, personalità, isemmi u juża l-kelma ‘qalb’, xi ħaġa li anke aħna l-Maltin ngħidu: ‘kemm hu qalbu tajba, qalbu tad-deheb’. Il-qalb tfisser il-personalità ta’ dak li jkun… Read more »

When we recite the Our Father we are not only praying for ourselves but also for our brethren – The Archbishop

Mass offered for the Bishops, especially Bishop-elect for Gozo Mgr Anton Teuma

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hu u jintroduċi t-talba li aħna nafuha bħala t-talba tal-Mulej, it-talba li għallimna hu, il-Mulej jinsisti li Alla huwa Missierna.

Fil-fatt it-talba stess tibda bil-kelma Missierna imma hija introdotta minn din l-espressjoni ta’ Ġesù: “Missierkom jaf x’teħtieġu qabel ma titolbuh intom” (Mt 6:8). U bħala konklużjoni immedjatament wara li jagħtina t-talba tal-Missierna, jerġa’ jinsisti li hemm bżonn naħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom biex Missierna, li hu fis-smewwiet, jaħfer lilna wkoll (Mt 6:14)… Read more »

Intelligent planning and the future of Ħal Ferħ

Ritratt: Google Earth

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tixtieq turi s‑sodisfazzjon tagħha għad‑deċiżjoni tal‑Awtorità tal‑Ippjanar, li Villa Frere fi Gwardamanġa tingħata l‑ogħla grad ta’ protezzjoni. Daqstant ieħor ta’ min ifaħħar il‑ħruġ ta’ linji gwida bil‑ħsieb li tingħata attenzjoni akbar lill‑binjiet skedati u monumenti, meta jkunu qed jiġu proċessati applikazzjonijiet għal żvilupp qribhom. (Il‑KA tittama biss li l‑ispirtu ta’ dawn il‑linji gwida ma jkunx imminat mill‑membri tal‑kummissjonijiet li jiddeċiedu fuq l‑applikazzjonijiet ta’ żvilupp.) 

Jekk irridu li kull żvilupp li jsir ikun bil‑għaqal u sostenibbli, kif jidher li jixtieq il‑Ministru għall‑Ambjent, it‑Tibdil fil‑Klima u l‑Ippjanar Aaron Farrugia, ma jistax jonqos li jkollna ppjanar aktar intelliġenti milli kellna sa issa, u l‑KA tapprezza r‑rieda tajba ta’ dan il‑ministeru minn dan l-aspett… Read more »