Let them both grow together until harvest time – Bishop Galea-Curmi
Mass on the 16th Sunday in Ordinary Time
19/07/2020 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Fi skola kien hemm għalliem li kien qed jitkellem mat-tfal u jipprova jfehimhom, fil-klassi tar-Reliġjon, kif aħna lkoll imsejħin għall-qdusija. Għamlilhom din il-mistoqsija: “X’inhu l-aħjar, għaxra min-nies Insara ta’ veru, li jgħixu l-fidi tagħhom, jew mija li jkunu Nsara tal-isem, jgħidu li huma Nsara imma jagħmlu li jfettlilhom?” It-tfal ma sabuhiex diffiċli jweġbuh: “Aħjar ikollok għaxar Insara ta’ veru!” Imbagħad għamel mistoqsija oħra: “Allura ma jkunx aħjar li kieku fil-Knisja nneħħu lil dawk li mhumiex Insara ta’ veru, dawk li jgħidu li huma Nsara imma jagħmlu l-kontra ta’ dak li nemmnu, ma jkunx aħjar jekk neliminaw lil dawn u jibqgħu biss l-oħrajn, il-ftit?” It-tfal bdew qishom jaqblu miegħu, ħassew li aħjar ikollok Knisja ideali… Read more »














