We are celebrating the birth of the Son of God who does not come to judge or condemn; he comes to save – The Archbishop
Solemn vespers followed by Christmas Vigil Mass
24/12/2019 St John's Co-Cathedral, VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Is-solennità tal-Milied tibda billi nisimgħu lista twila ta’ missirijiet. Fl-Evanġelju ta’ San Mattew din il-lista tibda minn Abraham. Dan l-istess evanġelista jintroduċi din il-lista tan-nisel ta’ Ġesù billi jgħid: “Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham” (Mt 1:1).
Aħna qegħdin nifirħu għal dan il-miraklu kbir tat-tnissil. Il-ġenerazzjonijiet li jgħaddu minn Abraham jikkonfermaw il-wegħda tal-Mulej lil Abraham stess li minn nislu, għad jitbierku l-ġnus… Read more »