Archbishop’s Homilies

Cardinal Prospero Grech: A wise man who appreciated humanity and smiled back – The Archbishop

Mass for the repose of the soul of Cardinal Prospero Grech

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

94 sena ilu, ta’ tarbija tawh l-isem ta’ Stanley, imma aħna l-maġġorparti tagħna, nafuh bl-isem li għażlulu bħala reliġjuż: Prospero. Dan l-isem jiġbor fil-qosor kemm jista’ jkun f’kelma waħda s-simpatija li tattira l-memorja ta’ bniedem kbir, tal-Kardinal Prospero Grech.

Hu kellu l-grazzja mingħand il-Mulej li jirċievi s-sejħa li jimxi wara Ġesù mill-qrib. Ġesù fuqu quddiem il-Missier, jista’ jgħid li hu jsib il-glorja tiegħu permezz tal-qaddej tiegħu Prospero… Read more »

Let’s work together in the name of the Holy Trinity – The Archbishop

Orthodox Epiphany celebrated in Malta

  Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda għaċ-ċelebrazzjoni tal-Epifanija, organizzata mill-Parroċċa Griega ta’ San Ġorġ tal-Arċidjoċesi Ortodossa tal-Italja u Malta, fix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex. Għaċ-ċerimonja attendew ukoll il-President ta’ Malta George Vella, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela u l-Ambaxxatur Grieg Dimitrios G. Tsoungas, kif ukoll membri tal-komunità Kristjana Griega u Ortodossa li jgħixu f’Malta.

L-Arkimandrita Nathanael Felesakis mexxa ċ-ċelebrazzjoni liturġika, wara bierek lin-nies u l-ilma, u tefa’ s-salib fl-baħar; waqt li l-President ta’ Malta tajjar ħamiema bajda… Read more »

Learn from God how to be leaders who nurture his people – The Archbishop to the candidates for the priesthood

Solemn Mass on the Epiphany of our Lord where two candidates where welcomed for the priesthood

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Id-djaknu għadu kemm ħabbrilna l-jum qaddis tal-Għid li se niċċelebraw ftit tax-xhur oħra. Il-Knisja tħabbar il-ġurnata tal-Għid propju f’dan il-jum iddedikat lill-misteru kbir tal-Epifanija għaliex illum niċċelebraw lill-Mulej, dawl minn dawl, li jidher lill-ġnus permezz ta’ kewkba tiddi fid-dlamijiet.

Fil-lejl qaddis tal-Għid bix-xemgħat mixgħula mill-blandun qaddis, aħna niddikjaraw li Ġesù huwa dawl, id-dawl ta’ Kristu. U b’xi mod din il-festa ta’ dawl tħares lejn il-festa l-kbira fejn il-Knisja tbierek l-element tan-nar u tikkonsagrah bħala xbieha ħajja ta’ Kristu, dawl minn dawl, li fil-misteru tal-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet, għeleb id-dlamijiet tal-ħażen u tal-mibegħda u nissel fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna dik ix-xrara tħeġġeġ tan-nar li jkebbes il-qalb imqaddsa tiegħu… Read more »

Rebuilding our common home

We customarily usher in a new year filled with resolve to improve something about ourselves, from simple acts like walking more for the sake of our health and reaching out to loved ones, to more complex objectives concerning our personal or professional development. 

Periods of introspection should not be shunned. On the contrary, they ought to be embraced with far more regularity than the annual tradition dictates or our good intentions risk suffering the same fate as our treasured narcissus flower, which wilts within weeks of achieving its wondrous winter bloom… Read more »

A star, good news and a gift to one another – The Archbishop to engaged couples

Mass for couples getting married in 2020

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Jiena u nisma’ l-kelma rigali ftakart fikom mal-ewwel. Tgħiduli: ‘importanti, it-talba tagħna hija li almenu jkopru l-ispejjeż tat-tieġ.

Jiena nixtieq nuża tliet kelmiet għal din il-laqgħa tiegħi magħkom. L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom li lqajtu l-istedina li fil-bidu tas-sena li fiha se tagħtu kelma li tkunu ta’ xulxin għal dejjem, intom ġejtu biex nitolbu flimkien. Hija ħaġa sabiħa li d-deċiżjoni tagħkom li tibda mhux fit-tieġ, diġà bdiet, id-deċiżjoni li tkunu ta’ xulxin ħadtuha, imma se tikkonfermawha fit-tieġ u dakinhar jibda ż-żwieġ… Read more »

Love gives flavour to our lives – The Archbishop

Mass on the Solemnity of Mary Mother of God and the World Day of Peace

  Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Nirringrazzjakom ħafna talli nġbarna hawnhekk biex nibdew is-sena l-ġdida 2020 taħt il-ħarsien tal-Mulej u b’mod speċjali ta’ omm Ġesù, Marija.

Insellem ukoll lil kull min qiegħed isegwina permezz tal-mezzi tax-xandir u nirringrazzja ħafna lill-media li matul dan l-ewwel jum tas-sena se tkun qiegħda tgħin biex in-nies iħossuhom qrib ħafna ta’ din id-dar tal-Providenza.

Nixtieq ukoll insellem lis-Sorijiet tal-Karità li qdew b’tant ġenerożità lil din id-Dar għal dawn l-aħħar 52 sena u nitolbu li t-togħma ta’ tjubija, it-tbissima li ħallew mmarkata fuq kull ħajt ta’ dan il-bini, tibqa’ tagħti togħma ta’ umanità lil din l-inizjattiva… Read more »

Building society on the principles Jesus taught us: the principles of righteousness, solidarity and mercy – The Archbishop

Thanksgiving End of Year Mass

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Hekk huma jsejħu ismi fuq ulied Iżrael u jiena nberikhom” (Num 6:27). Il-barka li Mosè jitlob flimkien ma’ Aron u permezz ta’ Aron fuq ulied Iżrael, tuża wkoll din l-espressjoni: “Isejħu isem Alla fuq ulied Iżrael u Alla jberikhom”.

Xi tfisser li inti ssejjaħ isem Alla fuq uliedek? Tfisser li tirrikonoxxi l-primat ta’ Alla fuqek u fuq uliedek u tifhem ukoll li dak li se jmexxik huwa minn Alla u skont ir-rieda tiegħu… Read more »

Temples which are a home for the community of God’s people – The Archbishop

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Huwa xieraq li ltqajna hawnhekk illejla propju biex niċċelebraw dak li missirijietkom għamlu 350 sena ilu meta qiegħdu l-ewwel ġebla ta’ dan it-tempju grazzjuż. X’riedu jagħmlu? Riedu jibnu dar għal Alla fosthom. Imma riedu wkoll jibnu tempju xieraq fejn huma rikonoxxuti u miġburin bħala parroċċa, ikunu jistgħu jiltaqgħu biex jisimgħu l-Kelma ta’ Alla, jiċċelebraw l-Ewkaristija, jirċievu s-sagramenti, jiltaqgħu ma’ Alla… Read more »

We are celebrating the birth of the Son of God who does not come to judge or condemn; he comes to save – The Archbishop

Solemn vespers followed by Christmas Vigil Mass

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Is-solennità tal-Milied tibda billi nisimgħu lista twila ta’ missirijiet. Fl-Evanġelju ta’ San Mattew din il-lista tibda minn Abraham. Dan l-istess evanġelista jintroduċi din il-lista tan-nisel ta’ Ġesù billi jgħid: “Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham” (Mt 1:1).

Aħna qegħdin nifirħu għal dan il-miraklu kbir tat-tnissil. Il-ġenerazzjonijiet li jgħaddu minn Abraham jikkonfermaw il-wegħda tal-Mulej lil Abraham stess li minn nislu, għad jitbierku l-ġnus… Read more »

Generosity towards those who have a right to family life

Mass on Christmas Day

  St John's Co-Cathedral, Valletta

Homily by Archbishop Charles J. Scicluna

What does it mean to celebrate Christmas this year? I would like to quote a short verse from the gospel we have just heard proclaimed in Maltese.

First of all this very first chapter of the gospel of John introduces us to the mystery we are celebrating. In verse 14 we have the most important declaration, that the Word – the Son of God, became flesh and dwelt, lived among us and we have seen his glory full of grace and truth… Read more »