Archbishop’s Homilies

A father who never gives up on us – The Archbishop

Mass on the 28th Sunday in Ordinary Time

  Tal-Ħlas Chapel, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Anke illum Ġesù jagħtina parabbola, storja li jużaha biex jiddjaloga, biex jitkellem mal-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu.

Kien qed iħoss li mhux se jilqgħuh. Beda jifhem li qiegħda sseħħ dik il-profezija ta’ meta kellu 40 jum biss. Nimmaġina li rrakkuntawlu meta Xmun qalilhom: “Dan għad ikun sinjal li jmeruh” (Lq 2:34). Imma Ġesù donnu ma jaqtax qalbu. Ikompli jistieden lill-mexxejja tal-poplu ta’ żmienu li, kif nafu, imbagħad kellhom jakkużawh u jagħtuh għall-mewt, iġiegħlu lil Pilatu jikkundannah biex imut fuq is-salib… Read more »

“The Lord does not look at labels, he looks at our heart” – The Archbishop

318th anniversary Mass of the dedication of the Cathedral

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħsieb qasir aħna u niċċelebraw is-solennità tal-anniversarju ta’ dan il-katidral, ta’ din il-knisja prinċipali fid-djoċesi tagħna.

Il-Knisja, fit-talb tagħha f’din il-ġurnata solenni, toffri riflessjoni ta’ Santu Wistin fit-tieni qari fl-Uffiċċju tal-Qari. Santu Wistin jitkellem fuq il-konsagrazzjoni tad-dar, tal-komunità, tal-Knisja u jgħid li meta nħarsu lejn din il-binja nirrealizzaw kemm hemm elementi differenti, kemm hemm materjal differenti, imma kollu miġjub f’armonija waħda u maqgħud tajjeb… Read more »

Finding a balance between work and prayer – The Archbishop

Mass in remembrance of St Bruno and Blessed Bartholomew Longo

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tradizzjonalment dan l-Evanġelju jiġi interpretat bħala l-figura ta’ żewġ nisa: Marta li medhija, kif jgħid il-Evanġelju stess, bil-ħafna ħwejjeġ tax-xogħol tad-dar, tal-faċendi; u Marija li tippreferi toqgħod f’riġlejn Ġesù tisimgħu u titgħallem minnu. U b’xi mod fit-tradizzjoni tad-devozzjoni tal-Knisja, Marta tirrapreżenta x-xogħol u l-appostolat attiv, mentri Marija hija dik li tirrapreżenta l-ħajja tat-talb, il-ħajja moħbija, il-ħajja ta’ kontemplazzjoni.

Jiena naħseb li kemm Marta u kemm Marija, li t-tnejn laqgħu lil Ġesù, kellhom jitgħallmu li dak li ma jitteħdilhomx huwa propju l-imħabba tal-Mulej… Read more »

Love is not a possession but a gift – The Archbishop

Mass on the 27th Sunday in Ordinary Time

  The Chapel of Our Lady of Providence, Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Kien hemm wieħed sid ta’ għalqa u ħawwilha bid-dwieli” (Mt 21:33). Id-dielja fl-għanja tal-profeta hija l-proġett ta’ mħabba li Alla għandu għall-poplu tiegħu. Fil-fatt fil-kitba tal-profeta Iżaija li smajna fl-Ewwel Qari llum, wieħed jinnota kemm-il darba l-Mulej jissejjaħ ‘il-maħbub’ u l-għanja tad-dielja hija l-għanja tal-imħabba tiegħu. “Ħa ngħanni lill-Maħbub tiegħi l-għanja ta’ mħabbtu għall-għalqa tad-dwieli tiegħu. Il-maħbub tiegħi kellu għalqa tad-dwieli fuq għolja għammiela” (Iż 5:1)… Read more »

Obedience is an act of love towards the country, our democracy, and the dignity of every person – The Archbishop

Mass on Armed Forces of Malta Day

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kittieba li kienu l-esperti tal-liġi — qishom l-avukati — fi żmien Ġesù kellhom problema kbira. Kien hemm ħafna liġijiet u d-domanda l-iżjed importanti kienet: imma liema hi l-aqwa liġi?

B’xi mod, fis-sistema tagħna llum m’għandux ikollna problema. L-aqwa liġi fil-pajjiż hija l-Kostituzzjoni. Imma d-domanda li dan il-kittieb jagħmel lil Ġesù hija domanda kostituzzjonali. Liema hi l-aqwa liġi? Fuq liema liġi jinbnew il-liġijiet kollha? … Read more »

“The judge’s judgement and the magistrate’s decision must not only derive from science but also from one’s conscience” – The Archbishop

Mass on the opening of the 2020-2021 Forensic Year

  St John's CoCathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-Mulej jibgħat tnejn u sebgħin dixxipli oħra” (Lq 10:1). Huwa numru kbir imma jgħidilhom li “il-ħsad huwa kbir tassew” (Lq 10:2). Nimmaġina li l-Ministru jkollu l-istess dilemma meta jħares lejn il-bżonnijiet tal-ġustizzja u jgħid li verament l-għalqa hija kbira. Hemm bżonn li wieħed jaħdem fuq li jaħdem biex is-servizz li jingħata jkun effiċjenti u ta’ kwalità.

Ġesù juża’ frażi li nixtieq nirrifletti ftit fuqha u nsellem lilkom fil-bidu ta’ sena ġdida ta’ servizz għall-ġustizzja fil-Qrati tal-Ġustizzja… Read more »

Respect for the freedom of our schools and of each individual – The Archbishop

Mass on the feast of the Archangels

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju jintagħażel fil-festa tal-Arkanġli, San Mikiel, San Gabrijel u San Rafel, propju minħabba l-aħħar kelmiet ta’ Ġesù meta, biex jispjega li d-dixxipli għad ikunu xhieda tal-glorja tiegħu, isemmi wkoll l-anġli: “Fis- sewwa, fis-sewwa ngħidilkom għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla niżlin u telgħin fuq Bin il-bniedem” (Ġw 1:51).

L-anġli huma dawk li huma dejjem quddiem il-preżenza ta’ Alla… Read more »

“We welcome you to build our common home together” – The Archbishop on the World Day of Migrants and Refugees

Mass on the 26th Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù huwa interessat ħafna li l-mexxejja tal-poplu Lhudi jifhmu min hu u jistedinhom biex jaċċettawh. Dan huwa messaġġ li aħna se nisimgħuh f’dan il-Ħadd u fiż-żewġt Iħdud li ġejjin. Il-Mulej jinsisti man-nies ta’ żmienu, b’mod speċjali mal-mexxejja, u jċċaqilqilhom ftit il-kuxjenza.

Illum isemmilhom il-fatt li Ġwanni ġie jħabbar it-triq tal-ġustizzja. Ifakkarhom kemm Alla huwa mħabba, kemm Alla huwa fidil iżda huma ma emmnuhx… Read more »

Do you want to see Jesus? Start by seeing him in your brothers and sisters – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Erodi t-Tetrarka, dan li jsemmi l-Evanġelista San Luqa f’kaptilu 9, mhuwiex l-Erodi li ħafna drabi nisimgħu fir-rakkont tat-twelid ta’ Ġesù. Anke għaliex mit-twelid ta’ Ġesù ormaj għaddew mill-inqas 30 sena. Dan hu wieħed mill-ulied ta’ Erodi u li nisimgħu dwaru lejn l-aħħar tal-Evanġelju jew inkella propju waqt il-ħidma pubblika ta’ Ġesù.

Erodi jisma’ dak li qed jiġri fit-territorju tiegħu tal-Galilija. Nistgħu ngħidu li jisma’ dak li l-istess dixxipli jirrakuntaw lil Ġesù meta Ġesù jgħidilhom: “In-nies min jgħidu li jien?”  U d-dixxipli rrisponduh: “Hawn min jgħid li inti Ġwanni l-Battista, hemm min jgħid li inti Elija jew wieħed mill-profeti” (Lq 9:18-19)… Read more »

Our hearts rot when we are unable to show mercy – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Bħalma smajna fl-introduzzjoni għall-quddiesa, Ġesù llum jindika l-familja ġdida tiegħu. Ma nistgħux nifhmu dan il-kliem bħala ċaħda ta’ ommu Marija u tal-familja tiegħu li x’aktarx kienet tgħix Nazaret f’dawk li l-Evanġelju jsemmi bħala ħutu. Imma nifhmu li l-komunità Nisranija baqgħet tiftakar din ir-reazzjoni tiegħu meta xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek”, li ġejjin mil-laħam, “qegħdin hawn barra u jridu jarawk” (Mt 8:20).

“Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid hu” (Mt 8:21)… Read more »