Archbishop’s Homilies

Our actions toward our neighbours contribute to making the world a better place – The Archbishop

Mass on the Solemnity of Christ the King

  Aviation Museum, Ta' Qali

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa ta’ Ġesù bħala Sultan, illum niltaqgħu miegħu bħala mħallef ġust għaliex mhux biss jagħtina sentenza skont il-verità imma wkoll imħallef ġust li jikkonferma l-għażliet li nkunu għamilna fil-ħajja tagħna.

Huwa r-ragħaj li jifred in-nagħaġ mill-mogħoż. Ovvjament din hija kategorija allegorika. M’għandna xejn kontra l-mogħoż u lanqas kontra n-nagħaġ. Kultant ngħidu li xi ħadd huwa bodbod imma l-bdabad ukoll maħluqa minn Alla u kulma ħalaq Alla huwa tajjeb… Read more »

Communion, participation, mission – Archbishop

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum, meta jgħiduli “Ad multos annos”, jiena ngħid, “pavere multos”, ma non esageriamo. Anke għax, tkun kemm tkun tajba l-ħaġa, fl-aħħar tgħid, “too much of a good thing”. Imma naf li mhix il-każ. 

Jiena nixtieq naqsam dan il-messaġġ qasir tiegħi, anke għaliex sar il-ħin u tinkwetani li bniedem ikollu bżonn anke jinġabar. Għall-grazzja ta’ Alla bdejna nxommu ftit tax-xitwa wkoll, li hija barka għalina. 

Xtaqt li l-intervent tiegħi llum, u l-indirizz tiegħi lilkom, ikun fuq żewġ partijiet… Read more »

May these parishioners see goodness and faithfulness in your eyes – The Archbishop

Mass on the beginning of the pastoral work of Fr Martin Coleiro OFM as parish priest of Sacro Cuor parish

  Sacro Cuor Parish Church, Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Fr Martin, il-Mulej qiegħed jafdalek mhux talenti tad-deheb u l-fidda – għax it-talent kien kejl, jew għad-deheb jew għall-fidda. Talent, illum, kieku jissarraf, skont jekk hux tal-fidda jew tad-deheb, f’mijiet ta’ eluf ta’ ewro. Biż-żmien, imbagħad, anke taħt l-influwenza tal-kultura Nisranija, il-kelma ‘talent’, minħabba din il-parabbola x’aktarx, saret tfisser ukoll ħila, saret tfisser kapaċità; ngħidu: għandu ħafna talenti, bniedem jaf iħaddem tajjeb it-talenti tiegħu. 

Għażiż Fr Martin, Ġesù mhux qiegħed jafdalek it-talenti tad-deheb u tal-fidda, għalkemm qiegħed jafdalek ukoll knisja sabiħa u mżejna kif jixraq, imma qiegħed jafdalek il-mimmi ta’ għajnejh, il-poplu għażiż, li jgħix, jgħammar, jitlob u jħabrek f’din il-parroċċa… Read more »

Let’s not let fear hinder our responsibilities – The Archbishop

  The Parish Church of St Maria, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena diġà smajna bil-kelma ‘talent’. Jekk tiftakru f’wieħed mill-Ħdud kellna l-parabbola sabiħa ta’ Ġesù dwar il-maħfra ta’ dawk it-tnejn li kellhom jagħtu somma ta’ flus, wieħed kellu jagħti lil sidu 10,00 talent. U għedna li talent hi kelma antika li tfisser kejl tad-deheb jew tal-fidda. Hu kejl qawwi ħafna. Illum meta ssarraf talent jew ta’ fidda jew tad-deheb, qed nitkellmu dwar mijiet ta’ eluf, jekk mhux miljuni… Read more »

Let’s be the ones who plant trees not cut them down – The Archbishop

Mass with new MCAST graduates

  The Basilica of Our Lady of Mt Carmel, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Ġesù, tinstema’ pjuttost ħarxa u anke stramba. Tgħiduli, għaliex? Għax dan il-qari, qegħdin noqorbu lejn tmiem is-Sena Liturġika, is-sena tat-talb tal-Knisja, qabel nerġgħu nibdew sena ġdida, bl-Avvent, bit-tħejjija għall-Milied. Allura, fl-aħħar jiem tas-sena naqraw l-Evanġelji, li fihom Ġesù jitkellem dwar il-ħajja, t-tmiem tal-ħajja, il-ġudizzju, u anke sinifikat profond tal-eżistenza tagħna.

Tgħiduli, aħna qegħdin niċċelebraw il-ħajja, qegħdin niċċelebraw l-entużjażmu ta’ bidu ġdid; qegħdin ukoll nirringrazzjaw lil Alla, ta’ parti mill-ħajja tagħna li ntemmet għall-grazzja ta’ Alla b’suċċess… Read more »

We welcome everyone as they are – The Archbishop

Mass on the 75th anniversary of the founding of St Albert the Great College

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru” (Lq 19:20). Xi tfisser din il-kelma ta’ Ġesù?

Meta inti qed tfittex is-Saltna ta’ Alla toqgħodx tfittex affarijiet kbar ħafna jew li jidhru. L-ewwel fittex jekk fil-qalb tiegħek għandekx il-paċi. Jekk tkun inkwetat allura m’għandniex paċi, jew jekk jien irrabjat, jew qed ngħir għal xi ħadd, jew miġġieled jew miġġielda ma’ xi ħadd… Read more »

The Archbishop to the new graduates: Never seek profit at the expense of your dignity or that of others

Mass with new University graduates

  St John's Co-Cathedral, Valletta

“Għamilna biss dak li kellna nagħmlu” (Lq 17:10). X’qed jipprova jgħallimna Ġesù, meta jgħidilna, intom qaddejja, dan hu li għandu jiddistingwikom. It-titlu li għandkom tippreferu, huwa li intom issejħu lilkom infuskom qaddejja. Faċli tgħidha, imma mhux daqshekk faċli tgħixha. Għaliex hemm valuri hemm barra, jekk nistgħu nsejħulhom valuri, u mhux diżvaluri, li qabel ipoġġu l-qligħ, il-prestiġju, il-poter. Li huma l-antitesi, kollox bil-maqlub li tkun qaddej… Read more »

Let’s pray for the parish priest to facilitate and never hinder our meeting with Jesus – The Archbishop

Mass on the beginning of the pastoral work of Fr Evan Caruana as parish priest of St Maria parish

  The Parish Church of St Maria, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Mons. Evan, inti u tilqa’ din il-missjoni l-ġdida tiegħek bħala ragħaj ta’ din il-komunità antika, imma fl-istess ħin ġdida, mimlija tama u ħeġġa, nitolbok li tieħu ħsieb li l-kews tiegħek, il-musbieħ tiegħek, ikollu ż-żejt għax trid twassal lil din il-ġemgħa biex tilqa’ lill-Għarus li jiġi, jiġi żgur, imma ma nafux meta, bħalma jgħidilna Hu: Tassew, ngħidilkom, jiġi meta ma tistennewhx, “għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa” (Mt 25:13)… Read more »

The Archbishop on Remembrance Day: Who chooses war instead of politics reaps the curse of death

Mass on Remembrance Day

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“L-aqwa tal-għaqal huwa li taħseb fil-għerf u min jishar għalih malajr jeħles mill-inkwiet” (Għerf  6:14). Dan il-vers mill-ktieb tal-Għerf, li smajna fl-ewwel qari llum, insibu eku ta’ dak li jgħid Ġesù fil-parabbola li jirrakkonta fil-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew li nqrat illum u li tinqara mad-dinja Kattolika kollha.

Ġesù jitkellem dwar dawn l-għaxar xebbiet, ħamsa minnhom għaqlin u ħamsa boloh… Read more »

Invest in patience, sacrifice and wait, and you will find love – Archbishop

  The Church of the Holy Crucifix, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-espressjoni li Ġesù juża fis-silta li għadna kemm smajna, u li l-Knisja tagħżel fil-festa tal-Arkanġli, “Għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla telgħin u neżlin fuq Bin il-bniedem” (Ġw 1:51), din l-espressjoni li fiha Ġesù jsemmi l-anġli ta’ Alla, tfisser ukoll il-glorja ta’ Alla. “Tassew tassew ngħidilkom, għad taraw il-glorja ta’ Alla, is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla telgħin u neżlin fuq Bin il-bniedem” (Ġw 1:51)… Read more »