Archbishop’s Homilies

Having Jesus as a friend sets you free – The Archbishop

  The Archbishop's Seminary Church, Tal-Virtù, Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù donnu għandu ħerqa kbira biex ma jibqax magħna u din hi xi ħaġa stramba għax aħna tant inħobbuh u hu tant iħobbna, li nixtiequ li jkun dejjem magħna u aħna nkunu miegħu.

Ir-risposta hi li Ġesù, għalkemm ma narawhx bħalma naraw lil xulxin, xorta għadu magħna u fil-fatt jibagħtilna lill-Ispirtu s-Santu li hu jsejjaħlu d-‘difensur’ propju biex jibqa’ magħna… Read more »

Priesthood is to join the offering of Jesus – The Archbishop

Holy mass with the new priests

  The Sanctuary of Our Lady of Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù ħin minnhom jgħid frażi li hemm bżonn nifhmuha u nixtarruha. “Il-Prinċep tad-dinja ġej. Kontra tiegħi xejn ma jista’ jagħmel; iżda ħalli d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-Missier u li nagħmel kif ordnali l-Missier” (Ġw 14:30-31). Xi jrid jgħid Ġesù? Ġesù konxju li waslet is-siegħa tiegħu. Kien ħabbarha għal darba, darbtejn, tlieta “li se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar, u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani, biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh” (Mt 20:18-19)… Read more »

Welcome your children the way they are welcomed by God, who created them – The Archbishop

Mass on the fifth Sunday of Easter

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jirrealizza li t-tmiem tassew wasal. Ġuda se jkompli bil-pjan tiegħu li jittradih, ibigħu għal 30 biċċa tal-fidda u dak li [Ġesù] kien irrepeta għal darba, darbtejn, tlieta lid-dixxipli fl-aħħar se jseħħ. “Bin il-Bniedem jiġi mogħti f’idejn il-kapijiet, iżebilħuh, isalbuh, wara tlett ijiem iqum” (Mk 8:31).

Hu jitkellem dwar dan il-proċess ta’ glorja b’kategorija li għalina hi ħafna stramba għax il-glorja għalina hi show of force, il-qawwa, il-poter, il-prestiġju… Read more »

“Do not lose your inner peace” – The Archbishop’s advice to the three new priests

The presbyteral ordination of Fr Sean Abela, Fr Jean Claude Attard and Fr Robert Calleja OFM Conv.

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti u Missieri jħobbu u aħna niġu u ngħammru għandu” (Ġw 14:23). Għeżież djakni li l-Mulej qed jagħżilkom għall-Ordni tal-Presbiterat, il-mistoqsija li jagħmlilkom Ġesù llum kif jagħmel lil kull wieħed u waħda minna hija l-istess mistoqsija li għamel lil Pietru fuq ix-xatt tal-Għadira ta’ Tiberijade: “Tħobbni, inti?” (Ġw 21:17).

Mill-frażi ta’ Ġesù “Jekk xi ħadd iħobbni” nifhmu li r-relazzjoni tagħna miegħu trid tkun relazzjoni ta’ mħabba… Read more »

Let’s be a laboratory of social harmony – The Archbishop

Homily during mass to mark the centenary celebrations of the Parish Church of Our Lady of Mount Carmel, Gżira

  The Parish Church of Our Lady of Mount Carmel, Gżira

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju li għadna kemm smajna jagħmel kumment; dak li se nisimgħu ġara kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu. Wieħed jistaqsi għaliex jimpurtani dan id-dettall li jagħtina San Ġwann fil-kapitlu 13? Ġesù jifhem li sieħbu li ttradih u li kien biegħu għal 30 biċċa tal-fidda, se jkompli bil-pjan tiegħu. 

Ġesù jifhem ukoll li issa tassew waslet is-siegħa tiegħu. Kemm-il darba fl-Evanġelju ta’ San Ġwann jgħid: is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx… Read more »

Jesus is the first apostle, the Father’s messenger to show us the heart of God – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù għal diversi drabi f’din is-silta tal-Evanġelju, mill-kapitlu 13 ta’ San Ġwann, juża l-kelma ‘nibgħat’, ‘mibgħut’; minn fejn ġejja l-kelma ‘appostlu’. Hu qed jibgħatna f’ismu. Imma qabelxejn qed ifakkarna li hu wkoll il-mibgħut. “Min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħtni” (Ġw 13:20). L-ewwel appostlu hu Ġesù stess – hu l-mibgħut tal-Missier biex jurina l-qalb ta’ Alla li hu missier, missier ta’ kull ħniena… Read more »

The peace the Lord gives us is from now the taste of heaven – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-aħħar parti ta’ dan l-Evanġelju smajnieha l-Ħadd li għadda. Is-silta b’xi mod hi kompluta kif smajnieha llum għax tagħtina l-post, il-ħin u anki għaliex Ġesù qal il-kliem sabiħ li smajna fil-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, ir-raba’ ħadd ta’ wara l-Għid. L-ewwel nett kienet ix-xitwa Ġesù, ovvjament immaġinaw żmien ix-xita u l-kesħa, ma jippritkax fil-beraħ imma jmur fit-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun, xi ħaġa msaqqfa, u jitkellem hemmhekk jiltaqa’ man-nies u hemmhekk il-Lhud jistaqsuh ċar u tond: “Jekk inti l-Messija, għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24)… Read more »

He is not asking us for a perfect life but to trust in his word – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-aħħar parti ta’ dan l-Evanġelju smajnieha l-Ħadd li għadda. Is-silta b’xi mod hi kompluta kif smajnieha llum għax tagħtina l-post u l-ħin u għaliex Ġesù qal il-kliem sabiħ li smajna fil-Ħadd tar-ragħaj it-tajjeb, fir-raba’ Ħadd wara l-Għid.

L-ewwel nett kienet ix-xitwa. Immaġinaw żmien ix-xita u l-kesħa, ovvjament Ġesù ma jippritkax fil-beraħ imma jmur fit-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun, xi ħaġa msaqqfa, u jitkellem hemmhekk jiltaqa’ man-nies u hemmhekk il-Lhud jistaqsuh ċar u tond: “Jekk inti l-Messija, għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24)… Read more »

The need for gentleness in our families and in our society – The Archbishop on the feast of St George Preca

Mass on the feast of St George Preca

  The Auditorium of the SDC MUSEUM, Blata l-Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Mexxini mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek, għax fiha nsib l-għaxqa tiegħi” (Salm 119:35). Dun Ġorġ ħadem bi sħiħ biex aħna lkoll nagħrfu dawn il-mogħdijiet tal-kmandamenti ta’ Alla u nsibu l-għaxqa tagħhom u tagħna fih. “Iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek” (Salm 119:36). Kemm hu vers sabiħ mis-Salm 119. Għaliex il-qalb tinġibed fl-imħabba. “Iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek” (Salm 119:36). Ħafna drabi nibbażaw l-ubbidjenza tagħna lejn il-kmandamenti fuq il-biża’: nibża’ mill-infern, nibża’ fuq li jgħidu n-nies, nibża’ minn dak li jiġrili… Read more »

Jesus insists that he will always be with us – The Archbishop

Mass with the Academic Consultation Societas Œcumenica

  St. John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni u jiena nagħrafhom u huma jimxu warajja” (Ġw 10:27). Ġesù f’din is-silta tal-Evanġelju jipprova jispjega x’inhi r-rabta tiegħu magħna. Din hija l-għaqda ta’ mħabba. Min iħobb għandu għatx biex jisma’ l-leħen tal-persuna maħbuba. ‘Kemm ħadt pjaċir nisma’ leħnek!’ Bħal meta l-omm iċemplilha t-tifel, avolja jekk kemm isaqsiha: ‘X’sajjart illum?’ Tieħu pjaċir tisma’ leħnu u hu jisma’ leħinha. 

“In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni” (Ġw 10:27)… Read more »