The murder of innocents never brought any blessings to the world – The Archbishop
Mass on the feast of the Holy Innocents
28/12/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-Evanġelju li għadna kemm smajna minn San Mattew, proprjament jagħtina żewġ informazzjonijiet importanti. L-ewwel waħda hi, li biex jipproteġi lit-tifel, Ġużeppi mnebbaħ mill-Mulej permezz ta’ ħolma, jiddeċiedi li jitlaq minn pajjiżu u jmur l-Eġittu. Il-Familja Mqaddsa ssir familja refuġjata; taħrab mill-periklu u ssib kenn f’post ieħor. Meta nitkellmu dwar dawk li jkollhom jaħarbu minn sitwazzjonijiet iebsa, fil-ġurnata tal-lum, tajjeb niftakru li l-Familja Mqaddsa, li tant ngħożżu u li għandna tant devozzjoni lejn il-Bambin, lejn Ġesù, lejn San Ġużepp, lejn il-Madonna; nagħmlu tant purċissjonijiet, tant festi għal dawn il-qaddisin għeżież, għall-Familja Mqaddsa; kultant ninsew li dawn għamlu snin refuġjati fl-Eġittu, maħruba mill-qilla ta’ Erodi… Read more »