Archbishop’s Homilies

A recreational choice which builds and provides a new beginning – The Archbishop

Mass on New Year’s Day

  The chapel at id-Dar tal-Providenza, Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iż-żgħażagħ tagħna tawna lezzjoni sabiħa llum. Qalulna li biex ikollna l-avventura fil-ħajja, biex insibu t-triq fil-ħajja, biex nimxu wara dawl li ma jgħib qatt; tajjeb inħallu lil Ġesù jkun id-dawl tagħna, Ġesù jkun l-avventura ta’ ħajjitna; Ġesù jkun “it-Triq, il-Veritá u l-Ħajja” (Ġw 14:6).

Ħalli lil Mulej iħares lejk bi ħniena u mħabba u hekk ikollok is-sliem.

Se noffri ħsieb qasir għax il-prietka għamluha ż-żgħażagħ tagħna llum… Read more »

‘May God be gracious to us and bless us’ – Our end of year prayer

Thanksgiving End of Year Mass

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Iħenn għalina Alla, u jberikna” (S 67:2). Kemm hi sabiħa din it-talba li għedna bħala responsorju għas-Salm 67. Hija propju t-tieni vers ta’ dan is-salm li tiġbor fiha t-talba li toħroġ minn qalbna fi tmiem din is-sena u lejlet il-bidu ta’ sena ċivili ġdida.

“Iħenn għalina Alla” hija talba u fl-istess ħin hi att ta’ fidi u att ta’ tama… Read more »

The wisdom of our elders – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilbieraħ smajna r-rakkont tal-preżentazzjoni tal-Mulej ta’ Ġesù fit-tempju. Iltqajna ma’ raġel xwejjaħ jismu Xmun. Illum niltaqgħu ma’ mara xwejħa li hi wkoll parti minn dan ir-rakkont, minn din l-esperjenza ta’ Marija u Ġużeppi, li jieħdu lit-tarbija Ġesù ta’ 40 jum fit-tempju biex jiġi ppreżentat. Aħna fit-2 ta’ Frar nerġgħu nfakkru dan l-avveniment għax fit-2 ta’ Frar ikunu għaddew 40 jum mill-Milied u allura nfakkru l-40 ġurnata tal-Bambin Ġesù… Read more »

The murder of innocents never brought any blessings to the world – The Archbishop

Mass on the feast of the Holy Innocents

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna minn San Mattew, proprjament jagħtina żewġ informazzjonijiet importanti. L-ewwel waħda hi, li biex jipproteġi lit-tifel, Ġużeppi mnebbaħ mill-Mulej permezz ta’ ħolma, jiddeċiedi li jitlaq minn pajjiżu u jmur l-Eġittu. Il-Familja Mqaddsa ssir familja refuġjata; taħrab mill-periklu u ssib kenn f’post ieħor. Meta nitkellmu dwar dawk li jkollhom jaħarbu minn sitwazzjonijiet iebsa, fil-ġurnata tal-lum, tajjeb niftakru li l-Familja Mqaddsa, li tant ngħożżu u li għandna tant devozzjoni lejn il-Bambin, lejn Ġesù, lejn San Ġużepp, lejn il-Madonna; nagħmlu tant purċissjonijiet, tant festi għal dawn il-qaddisin għeżież, għall-Familja Mqaddsa; kultant ninsew li dawn għamlu snin refuġjati fl-Eġittu, maħruba mill-qilla ta’ Erodi… Read more »

We pray to the Holy Family to protect our sons and daughters – The Archbishop

Mass on the feast of the Holy Family

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għandna espressjoni aħna l-Maltin u l-Għawdxin: ‘għamel xi ħaġa tinkiteb’ u din hi waħda mill-affarijiet li għamel Ġesù u li nkitbu għax insibuha fl-Evanġelju ta’ San Luqa. Ta’ 12-il sena mill-għajn tal-ġenituri tiegħu, Ġużeppi u Marija, jagħmel ta’ rasu. L-Evanġelju jgħidilna li Ġesù “baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu” (Lq 2:43). Min jaf kemm-il darba għamilna hekk aħna, aħna u nikbru? … Read more »

To whom shall we go?

Article by Archbishop Charles Jude Scicluna

As Jesus addressed a crowd gathered at a fishing village on the shores of Galilee known as Capernaum, his adoptive domicile after leaving Nazareth, he experienced one of several low points in his ministry: upon hearing him talk about the Bread of Life — nourishment for the soul, an invitation to intimacy with the Lord, his body becoming food in an exchange of love and self-giving — a number of people walked away… Read more »

Created in God’s image to love – The Archbishop on Christmas Day

Mass on the Solemnity of the Nativity of the Lord

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm qrajna huwa introduzjoni għall-Evanġelju skont San Ġwann. L-istudjużi jgħidulna li x’aktarx kien innu li kienet tkanta l-komunità Nisranija tal-bidu u li permezz tiegħu kienet tipprova tispjega dak li qegħdin niċċelebraw illum: dan il-misteru kbir li Alla li ma jidhirx, li Alla li huwa spirtu, dawl, ħajja, u verità u li aħna nkunu nistgħu narawh, immissuh u nħarsu lejh għaliex l-lben ta’ Alla “sar bniedem u għammar fostna u rajna l-glorja tiegħu” (Ġw 1:14)… Read more »

The sign of a new beginning – The Archbishop

Midnight Mass

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“F’dawk l-inħawi kien hemm xi ragħajja fir-raba’, għassa mal-merħla tagħhom bil-lejl. U dehrulhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom. u qabadhom biża’ kbir. Iżda l-anġlu qalilhom: ‘Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir” (Lq 2:8-9).

F’dan il-lejl qaddis tal-Milied bħar-ragħajja ta’ Betlehem ejjew inħossu li l-glorja tal-Mulej qiegħda tiddi madwarna. Dan il-verb li juża San Luqa f’dan ir-rakkont ma jintużax sikwit fit-Testment il-Ġdid: “il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom”… Read more »

Sweetness and mercy were poured on the world

Christmas message by Archbishop Charles Jude Scicluna

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

It is a great pleasure to offer you my sincere greetings on this holy Christmas night. It is truly wonderful if we understand what we are telling each other when, throughout these holy days, we greet one another with ‘Happy Christmas’. We are recalling the birth of a baby; we are recalling the birth of God made man for you and me… Read more »

Accompanying the Lord who will be born in our midst – The Archbishop

Mass on the Fourth Sunday of Advent

  Mater Dei Hospital Chapel, Msida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Marija għadha kemm semgħet lill-anġlu jgħidilha li l-Mulej kien qed jagħmlilha proposta: li hi tgħid ‘iva’ biex issir omm Alla. Tgħidlu: “Imma dan kif jista’ jkun? Ma nagħrafx raġel.” “Il-qawwa tal-Ispirtu tal-Mulej tgħattik. Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir”. U l-anġlu, biex jikkonferma l-kliem tiegħu, jagħti lil Marija ta’ Nazaret sinjal. “Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, dik li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, qiegħda fis-sitt xahar tat-tqala” (Lq 1:34.35.37)… Read more »