Archbishop’s Homilies

What are we doing with our heritage? – The Archbishop

Mass on the nativity of the Blessed Virgin Mary

  St John's Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum dejjem nisimgħu din il-lista ta’ ismijiet li jwasslu minn Abraham sa Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija. Nistgħu nistaqsu: imma għaliex fil-festa solenni tat-twelid ta’ Marija naqraw l-arblu tar-razza ta’ Ġużeppi? “Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Krisu, bin David, bin Abraham” (Mt 1:1). Dan hu t-titlu li l-Evanġelista San Mattew jagħti lil din il-lista ta’ ismijiet, ismijiet li għalina huma strambi.

Nistgħu ngħidu li hemm ħsieb li jista’ jolqotna propju f’dan il-jum meta nifhmu li t-twelid ta’ Ġesù minn Marija u anke t-twelid tagħha, hemm tradizzjoni li tgħid li anke hi kienet min-nisel ta’ David, għandha l-għeruq tiegħu… Read more »

“One cannot be neutral when confronted with evil and injustice!” – The Archbishop

Mass on the eve of the feast of Our Lady of Victories

  The Collegiate church of Saint Lawrence, Vittoriosa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-għażla ta’ din il-knisja għażiża għandha sinifikat profond din is-sena. Ilkoll nafu li l-Birgu jew il Borgo del Castello, ingħata wkoll tat-titlu Città Vittoriosa minħabba dak li qed niċċelebraw illum u għada: il-ħelsien mill-Assedju tal-1565. Bħal-lum aħna nfakkru wkoll it-tmiem tat-trawma kbira li għalina kienet it-Tieni Gwerra Dinjija; il-kapitulazzjoni tal-flotta navali Taljana fil-Port il-Kbir fis-7 ta’ Settembru tal-1943… Read more »

“Your dignity does not depend on what people think of you!” – The Archbishop

Mass on the 22nd Sunday in Ordinary Time

  The Chapel of St Paul's Shipwreck, St Paul's Bay

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna drabi smajt lil xi ħbieb jgħiduli: ‘Aħna l-Katttoliċi meta nidħlu fil-Knisja dejjem nagħżlu l-bankijiet ta’ wara’, dawk li dejjem l-ewwel jimtlew. Ma nafx għaliex u jekk din il-ħaġa hix ispirata mill-kelma ta’ Ġesù llum li jgħidlek biex meta tkun mistieden tagħżilx il-post ta’ quddiem, iżda agħżel dak ta’ wara ħalli mbagħad min jistiednek jgħidlek biex tersaq ’il quddiem (ara Lq 14:8-10)… Read more »

Jesus includes mercy with justice at the heart of the Law – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù nafuh biżżejjed, ma tantx jogħomdhom il-kliem, imma jagħtina ħjiel fuq xiex irridu nimxu fil-ħajja tagħna għax aħna lkoll b’xi mod ipokriti, jiġifieri aħna, anke jekk għandna xewqa ngħixu tajjeb kultant nogħtru għax dgħajfin, midinibin. U allura ċ-ċanfira ta’ Ġesù tgħodd għal kull wieħed u waħda minna. Min jaħseb li Ġesù mhux qed ikellmu, iħares sewwa lejn il-mera imma lejn il-qalb tiegħu l-iżjed… Read more »

Who wants to reign has to learn to love – The Archbishop

Mass on the feast of Maria Regina

  The Parish Church of Maria Regina, Marsa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-anġlu Gabrijel mibgħut minn Alla għand xebba, li kien jisimha Marija, “f’belt tal-Galilija jisimha Nazaret” (Lq 1:26); fid-djalogu ma’ din ix-xebba rżina jitkellem dwar il-wirt tagħha. “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù” (Lq 1:30-31). L-isem Ġesù jiġbor il-missjoni ta’ dan it-tifel: ‘Alla Salvatur’; ‘Yeshua’ – Alla jsalva… Read more »

What will save us? How do we get to Heaven? – The Archbishop

Mass on the 21st Sunday in Ordinary Time

  Parish Church of St Joseph, Manikata

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelji li qed nisimgħu f’dawn il-Ħdud huma parti mill-mixja ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm. Diġà qal lid-dixxipli tiegħu — u smajnieha l-Ħadd li għadda — li Ġerusalemm għalih tfisser f’dan il-mument ta’ ħajtu persekuzzjoni, iċ-ċaħda tal-poplu tiegħu, ukoll it-tortura u s-salib.

Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm jiltaqa’ ma’ xi ħadd li hu interessat ikun jaf jekk hux se jsalva imma din il-mistoqsija jagħmilhielu b’mod indirett: “Jaqaw ftit huma li jsalvaw?” (Lq 13:23)… Read more »

The Lord will pass you through the narrow door because he loves you – The Archbishop to the community of Marsaxlokk

Mass on the 21st Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of Our Lady of Pompeii, Marsaxlokk

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm” (Lq 13:22). Dawn is-siltiet li se nibdew naqraw fil-Ħdud mill-Evanġelju skont San Luqa, li din is-sena qegħdin naqraw silta minnu kull nhar ta’ Ħadd; kollha huma parti mill-vjaġġ ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm; vjaġġ li proprju beda bl-Evanġelju tal-Ħadd li għadda, b’determinazzjoni Ġesù jibda jħares lejn Ġerusalemm. Fejn jitkellem dwar il-persekuzzjoni tiegħu, it-torturi tiegħu u s-salib… Read more »

A patient ear, an understanding heart and a strong and proactive instinct – The Archbishop on Mgr Philip Calleja

Last farewell to Mgr Philip Calleja, the apostle of migrants

  The Jesuits' Church, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Iż-żewġ kmandamenti tal-imħabba huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti” (Mt 22:40). Il-Mulej illum jagħtina l-grazzja b’din il-kelma li nifhmu wkoll il-gratitudni li għandha timla ’l qalbna aħna u nagħtu tislima Nisranija u xierqa lill-għażiż Mons. Philip Calleja.

Aħna nafdawh lill-ħniena ta’ Alla, li meta jaqra l-ittra ta’ ħajjitna jaf jibdel il-kliem tagħna fi kliem ta’ grazzja bħalma għamel Philip Calleja, żagħżugħ li meta ltaqa’ ma’ armla rrabjata għax binha kien emigra ma kkuntattjahiex, u indunat li dan iż-żagħżugħ ta’ madwar 19-il sena kien jaf jikteb u jaqra, qaltlu: ‘Ma tiktiblix ittra għat-tifel?’ U hi bdiet tesprimi r-rabja u l-frustrazzjoni tagħha… Read more »

The true test of pure love is mutual forgiveness – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Naħseb biex nifhmu l-kliem ta’ Ġesù li mhuwiex faċli anke għal widnejna, irridu naħsbu ftit fuq l-aħħar vers li jikkonkludi din is-silta mill-kapitlu 19 ta’ San Mattew: “Ħafna li huma tal-ewwel jiġu l-aħħar u tal-aħħar jiġu l-ewwel” (Mt 19:30).

Ġesù qed jitkellem fuq dinja rasha ’l isfel u sieqha ’l fuq, kollox ta’ taħt fuq. Qed jgħidilna li l-valuri tagħna ta’ kif inkejlu n-nies, iċ-ċirkustanzi huma totalment differenti minn dawk ta’ Alla fil-mentalità ta’ żmien Ġesù imma anke fil-mentalità ta’ żmienna… Read more »

The Archbishop on Sta Maria: Our Lady shows us that she walks with us and protects us

Mass on the solemnity of the Assumption of the Virgin Mary into Heaven

  The Basilica of the Assumption of Our Lady, Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibda bi vjaġġ ta’ Marija. L-Anġlu Gabrijel għadu kemm ħabbrilha li kellha ssir Omm Alla, u hi, tfajla rżina u żagħżugħa, marbuta mal-imħabba kbira għall-poplu Lhudi, tgħid lill-qaddej ta’ Alla l-Anġlu Gabrijel: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!”

Il-vjaġġ lejn Għajn Karem

Mimlija bil-ferħ li ġej mill-ispirtu qaddis ta’ Alla, mimlija bl-imħabba magħmul bniedem fil-ġuf tagħha, imtaqqla bl-għajdut tan-nies bis-suspett ta’ Ġużeppi, li mnebbaħ mill-qaddej anġlu ta’ Alla jilqagħha, mimlija b’dawn l-esperjenzi kollha, Sidtna Marija tilqa’ s-sinjal li ngħatalha, jiġifieri li għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun, u “tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija” (Lq 1:39) biex tiltaqa’ ma’ Eliżabetta, il-qariba tagħha li kienet diġà fis-sitt xahar tat-tqala tagħha… Read more »