Archbishop’s Homilies

The Easter Vigil is an invitation for us to start anew – The Archbishop

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Maż-żerniq tal-ewwel jum tal-ġimgħa” (Mt 28:1) – hekk jibda r-rakkont mill-kapitlu 28 ta’ San Mattew li għadna kemm smajna. U din is-sahra tal-lejl, dan il-lejl qaddis trid twassalna biex “maż-żerniq tal-ewwel jum tal-ġimgħa”, tal-Ħadd, aħna niskopru mhux biss jum ġdid imma wkoll ħolqien ġdid.

Il-liturġija li qegħdin niċċelebraw illum bit-tberik tan-nar, bit-tberik tal-ilma, bil-kelma ta’ Alla li tkellimna fuq ir-rakkont tal-ħolqien imma wkoll ir-rakkont tas-salvazzjoni tal-poplu Lhudi mill-iskjavitù, imbagħad ix-xandira tas-salvazzjoni li ġabilna Ġesù, hija propju il-liturġija tal-ħolqien ġdid mhux biss tal-kreazzjoni imma tar-rikreazzjoni… Read more »

The Lord’s Passion persists when mankind’s cruelty prevails – The Archbishop

The Liturgy of the Passion and Death of our Lord

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nisimgħu r-rakkont tal-passjoni ta’ Ġesù, fil-qalb tagħna jkollna ħafna emozzjonijiet. Jiena nixtieq li llum aħna u niftakru fil-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu nifhmu li dan il-mument traġiku fl-istorja tal-umanità, f’ħafna modi għadu magħna, għadu magħna kull meta l-innoċenti jbatu bla ħtija, għadu magħna fil-vittmi tal-inġustizzja, għadu magħna fil-qtil tal-innoċenti – kemm nisa u kemm irġiel, għadu magħna meta l-kefrija tal-bniedem donnha tirbaħ… Read more »

Love must be the measure of everything we think, say and do – The Archbishop

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jiena tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll” (Ġw 13:15). Dan il-kliem għażiż ta’ Ġesù li bih nibdew dawn it-tlett ijiem qaddisa tal-Għid, jiġbru il-qofol ta’ dak li aħna qegħdin nagħmlu f’dawn il-jiem. Qegħdin niftakru fl-eżempju li tana Ġesù: “Jien tajtkom eżempju” (Ġw 13:15). Ejjew allura llum, Ħamis ix-Xirka, niftakruh jaħsel riġlejn id-dixxipli tiegħu. Għada ningħaqdu miegħu fil-passjoni ħarxa li minnha għadda: fl-umiltà, fil-paċenzja tiegħu… Read more »

Let us join in this great gift of freedom and grace – The Archbishop

Chrism Mass 2023

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“L-ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien… inxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej.”

Għeżież ħuti saċerdoti, għeżież membri lajċi tal-poplu ta’ Alla. Aħna llum nifirħu b’din il-liturġija solenni tat-tberik taż-żjut. B’dan id-don kbir li l-Mulej tana li nissieħbu fih. Il-qawwa tal-ispirtu s-santu li ssawbet fuqu biex ikun għajn ta’ ħelsien u ta’ grazzja.

L-ewwel mistoqsija li rridu nagħmlu lilna nfusna hi: Din l-għajn ta’ ħelsien u ta’ grazzja nħossha miftuħa għalija? … Read more »

Let’s join Jesus in his humility, patience and self-giving – Archbishop

  Saint John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

It-talba li l-Knisja titlob f’dan il-jum għażiż u solenni f’Ħadd il-Palm u l-passjoni tal-Mulej hija talba ispirata mill-eżempju ta’ Ġesù u ssemmi żewġ attributi tal-eżempju ta’ Ġesù: l-eżempju tal-umiltà u s-sabar tiegħu.

Ejjew nitolbu f’ġieħ il-passjoni ħarxa ta’ Ġesù d-don kbir tal-umiltà, li aħna nipperswadu ruħna li ma nistgħux insalvaw lilna nfusna, imma li għandna bżonn radikali ta’ Alla, li għandna bżonn salvatur, li meta mingħalina niddeċiedu aħna xi jfisser progress mingħajr ma nifhmu xi jrid jgħidilna Alla, naqgħu fid-dagħbien, mhux tal-progress, imma tal-qerda tagħna nfusna. 

L-umiltà mhijiex it-tkasbir tad-dinjità tagħna, imma lezzjoni profonda li tagħtina ħelsien kbir li aħna niddependu minn Alla… Read more »

Let us learn from one another – Archbishop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa bi spirtu ta’ ringrazzjament li llum niċċelebraw din il-festa għażiża tad-Duluri wara diversi snin, fejn minħabba restrizzjonijiet, daqqa mod u daqqa ieħor, ma stajniex nesprimu kif xtaqna d-devozzjoni, l-imħabba, ir-reliġjożità tagħna. Imma waqt li nagħmlu hekk dalgħodu, u llejla waqt il-purċissjonijiet fil-parroċċi u hawnhekk fil-Belt Valletta, ta’ min nistaqsu: is-sinifikat profond ta’ dak li qegħdin nagħmlu, x’jiġbidna lejn din il-mara? … Read more »

When you fall, don’t be scared, stand back up – Archbishop

Mass during the eight anniversary from when Mons. Charles Scicluna became Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan is-sinjal li jagħti l-Evanġelju ta’ San Ġwann jinkludi wkoll djalogu bħalma rajna l-Ħadd li għadda fid-djalogu li kien hemm bejn Ġesù u r-raġel li twieled għama, il-ġenituri ta’ dan l-għama, Ġesù u l-Fariżej. U fid-djalogu tal-lum hemm xi siltiet li nixtieq noffrihom bħala riflessjoni fil-pellegrinaġġ tagħna ta’ dan ir-Randan.

L-ewwel nett il-kelma, il-mistoqsija ta’ Ġesù. L-aħwa, din il-mistoqsija Ġesù jagħmilha lili u jagħmilha lilek: “Trid tfiq?” (Ġw 5:6)… Read more »

Taking care of one another is also paternity – Archbishop

  Saint Joseph's Parish Church, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waqt li qed nisma’ dan l-Evanġelju llejla fostkom, intom u tiċċelebraw il-50 anniversarju minn meta l-predeċessur tiegħi, Mons. Mikiel Gonzi, waqqaf lil din il-komunità Nisranija bħala Parroċċa, smajt din il-frażi u ftakart fikom b’mod speċjali. Il-Fariżej riedu jkunu jafu eżattament min kien dan ir-raġel imfejjaq minn Ġesù, u sejħu lill-ġenituri tiegħu. “Dan, li intom qegħdin tgħidu li twieled agħma, dan binkom? … Read more »

Real things are seen through the heart – The Archbishop

Mass on the fourth Sunday of Lent

  The Parish Church of Our Lady of Mt Carmel, Fgura

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Illum qegħdin naqraw dan l-Evanġelju, li hu pjuttost twil, allura l-omelija trid tkun qasira biex inpattu naqra. Ħsieb qasir ispirat propju minn dan id-djalogu u qawwi bejn ħafna protagonisti. Imma nnutaw Ġesù, u hekk jibda dan l-Evanġelju, “kien għaddej u jilmaħ raġel għama minn twelidu” (Ġw 9:1). ’Il quddiem nirrealizzaw ukoll li dan l-għama minn twelidu, peress li ma setax jaħdem, kien emarġinat fis-soċjetà, kien tallab, hekk kien jgħix… Read more »

God knows us, loves us, created us and redeemed us – The Archbishop

Mass after the pilgrimage of Jesus the Redeemer

  The Basilica of the Nativity of Mary, Senglea

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan il-pellegrinaġġ qegħdin nagħmlu xi ħaġa għażiża għalina, li ilna ftit ma nagħmluha. Inħeġġiġkom biex anke għad-Duluri, u fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, aħna nieħdu sehem b’devozzjoni kbira bħalma għamilna llejla. 

Xi rridu ngħidu bil-preżenza tagħna? Jiġuni dawn iż-żewġ talbiet għeżież li nixtieq noffrihom għalina lkoll. L-ewwel nett, fil-mixja tagħna wara x-xbieha għażiża u devota ta’ Ġesù Redentur, lil Alla qegħdin ngħidulu talba għażiża: ‘Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok’… Read more »