Archbishop’s Homilies

Pro-life teaching of the Church is neither for sale nor to be discounted – The Archbishop

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju li għadna kemm smajna mħabbar f’din is-solennità għażiża ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu, il-Mulej m’għandu l-ebda ħjiel tad-dinjità regali ta’ din id-dinja. Hu bniedem ikkundannat għall-eħrex eżekuzzjoni: dik tas-salib. Il-kundanna tiegħu li għadda minnha kienet li jkun fgat imdendel mal-għuda. Fost dawk li kienu qegħdin iħarsu lejh umiljat, għall-għajnejn tad-dinja bla poter, għall-għajnejn ta’ niesu bla futur u bla qawwa… Read more »

Maybe we should start to do some things with more urgency – Archbishop

Speech by the Archbishop on World Youth Day

  Muża, Valletta

Diġà smajtu waqt il-quddiesa, allura mhux se ndum. Nixtieq minn issa li biex nippreparaw għal dan il-vjaġġ li wħud minna se jeħodna Lisbona imma mbagħad iwassalna wkoll bħal dan iż-żmien sena biex nikkonkludu dan il-vjaġġ ta’ sena, nibdew naħsbu dwar is-sentenza li l-Papa għażel għal Lisbona 2023: ‘Marija qamet bil-ħeffa biex tkun ta’ servizz’, biex tkun ta’ qadi. Din ix-xi ħaġa niċċelebrawha wkoll minn hawn u ġimgħa oħra meta nibdew l-Avvent… Read more »

How beautiful would it be for us to trust our lives in the hands of the Lord of love – Archbishop

Mass on World Youth Day

  The Church of St Francis, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin niċċelebraw il-Festa ta’ Kristu Re, u l-Evanġelju li smajna jippreżentalna min hu r-Re tagħna: bniedem imsallab. Ma għandu l-ebda kuruna fuq rasu jekk mhix il-kuruna tax-xewk; ma għandu l-ebda lbies fuqu għax neħħewlu ħwejġu kollha. Madwaru għandu diversi kategoriji ta’ nies: għandu l-kapijiet, il-Qassisin il-Kbar, li meta jarawh għeri, imdendel ma’ għuda, jiddieħku b’Ġesù. “Salva lill-oħrajn, ħa jsalva lilu nnifsu” (Lq 23:35)… Read more »

The Lord won’t take away your liberty, He respects it – Archbishop

  Saint John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illum, ta’ dan il-ġest li bih intom tixtiequ tgħidu ‘grazzi’ u aħna wkoll nifirħu magħkom u għalikom intom u taslu f’dan il- mument daqshekk importanti li fih taraw l-istudji tagħkom jintemmu b’suċċess u jibda f’ħajjitkom kapitlu ieħor.

Il-kelma li smajna llum hija kelma li tagħmlilna kuraġġ. Ġesù jiltaqa’ ma’ raġel li jirrealizza li għandu bżonn l-għajnuna… Read more »

Accompaniment: how, where and when – The Archbishop

Closing Speech at the Diocesan Assembly 2022

  Ċak Hall, Birkirkara

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom, nirringrazzja wkoll lil dawk li qegħdin isegwuna permezz ta’ Zoom u l-mezzi soċjali.

Din l-Asssemblea Djoċesana, kif spjega tant tajjeb l-Isqof Joe [Galea-Curmi] lbieraħ meta ta l-oriġini tagħha u allura fakkarni mhux biss fl-esperjenza li bdiet mill-1999 sal-2003 – imma bħalma ġara fil-Konċilju Vatikan II meta jkollok esperjenza qawwija, ix-xewqa tiegħek tkun li din ma tispiċċa qatt, kważi l-esperjenza ta’ Għemmaws… Read more »

Our neutrality can never be complicit with the ravages of war – The Archbishop on Remembrance Day

Mass on Remembrance Day

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa hi waħda mill-aħħar mumenti ta’ Ġesù qabel jasal għall-Ġimgħa l-Kbira; hu wkoll diskors li jitkellem dwar it-tmiem imma jitkellem ukoll dwar il-kunflitti fl-umanità. Donnu Ġesù jgħaqqadhom it-tnejn li huma, donnu qed jgħid minħabba l-kefrija tal-bnedmin u d-dnub fil-qalb tal-bniedem, il-kunflitti jsiru parti integrali mill-istorja tagħna. Ix-xhieda tagħna l-Insara, li mhux dejjem kienet ta’ min ifaħħarha, għandha bżonn tkun ta’ dawk li jġibu l-paċi… Read more »

Our weaknesses should not hinder us – Archbishop

  Saint Ursula's Monastery, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għalina hija dejjem kelma iebsa li nisimgħu lil Ġesù jitkellem dwar il-firda, anzi jgħid: “Jiena ġejt inġib il-firda,” (ara Lq 12:51) meta aħna nafu u nsellmulu bħala l-prinċep tas-sliem, il-prinċep tal-paċi. Jgħidilna: “Jiena ġejt inġib il-paċi fid-dinja”; it-tislima tiegħu li jirrepeti l-Isqof f’kull quddiesa li jqaddes hija ‘l-paċi magħkom’. Għal liema firda qiegħed jgħid? 

L-Evanġelju ta’ San Luqa, kif nafu, kien miktub fi żmien il-persekuzzjoni u ħafna familji ġarrbu t-traġedja tal-firda minħabba l-persekuzzjonijiet… Read more »

Let God make you just – The Archbishop

Mass on International Missions Day

  The Basilica of the Assumption of Our Lady, Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta

Il-ħarsa ta’ Ġesù hi ħarsa ta’ ħniena fuq kulħadd. Illum iħares lejn kategorija ta’ nies, li nnota kienu jafdaw fihom infushom, li huma ġusti u jmaqdru lill-oħrajn. Tgħiduli: ‘dawn in-nies kienu jgħixu fi żmien Ġesù’. Imma nistaqsu lilna nfusna: m’hemmx xi ftit minn dan ukoll fil-qalb tagħna, fil-qalb tiegħi u tiegħek? … Read more »

The Archbishop thanks the missionaries for being witnesses of the Gospel around the world

Din is-sena l-Papa Franġisku xtaq li għall-Jum il-Missjoni, aħna naħsbu f’dan is-suġġett, f’din it-tema sabiħa ħafna li tkunu ‘xhieda tiegħi’ (Atti 1:8). Jiena qed naħseb fil-missjunarji Maltin u Għawdxin madwar id-dinja li huma dawk li jwasslu l-istil tal-Evanġelju, li huma qrib il-poplu, li għandhom qalb ta’ tenerezza u ta’ kompassjoni għall-Poplu t’Alla fejn qegħdin, jirrappreżentaw ukoll l-imħabba tagħna.

Jiena nawgura lill-missjunarji Maltin u Għawdxin f’dan il-jum tal-Missjoni… Read more »

We are here to manifestly state that the murder of human beings will never ever be business as usual! – The Archbishop

Sunday Mass on the 5th anniversary of the assassination of Daphne Caruana Galizia

  The Church of the Holy Family, Bidnija

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

In today’s Gospel, Jesus narrates a parable with a specific purpose, to show us that we should always pray incessantly. Prayer is an attitude towards God, through which we learn to live in his presence and dialogue with him. Through prayer, we feel his gaze on us but we also allow him to speak to our hearts.

In the example Jesus mentions, he speaks about a judge who lost the fear of God… Read more »