Let’s work together for the benefit of our community, let’s forgive one another – Archbishop
10/12/2023 Saint Joseph's Parish Church, KalkaraL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Fil-bidu ta’ din il-quddiesa u dan ir-rit solenni u storiku għal din il-parroċċa għażiża, aħna raxxaxna l-ilma mbierek fuqna nfusna. U fakkarna l-wegħda li għamel Ġwanni l-Battista, fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, meta jgħid: Jiena għammidtkom bl-ilma, imma warajja ġej xi ħadd aqwa minni, li jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu. It-traxxix tal-ilma mbierek, lilna l-Insara jfakkarna dejjem fil-Mgħamudija tagħna.
Illum ukoll raxxaxna dan l-artal bl-ilma mbierek, għax minn hawn u ftit ieħor dan l-artal, bit-talba tal-Knisja, bid-dilka, biż-żejt tal-griżma, se jkun ikkonsagrat lil Alla… Read more »














