Message of Archbishop Charles J. Scicluna to Maltese Bishops in Kenya
10/04/2015- Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana
10 t’April 2015
Għeżież ħuti fl-episkopat,
L-ewwelnett irrid nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom, tax-xogħol li qegħdin tagħmlu fil-Kenja, u li tagħtu ħajjitkom filwaqt li taqdu l-ħidma tagħkom. L-Episkopat jikkonferma x-xhieda tagħkom, għaliex l-Episkopat huwa forma ulterjuri ta’ xhieda u ta’ servizz. Permezz tal-preżenza tagħkom nixtiequ nwasslu s-solidarjetà tagħna mal-poplu ta’ Garissa, il-Kenja…













