Nhar il-Ħadd, 16 ta’ Mejju, 2010, fil-kappella tad-Dar tal-Providenza saret ċelebrazzjoni Ewkaristika b’tifkira tal-mitt sena mit-twelid ta’ Mons. Mikiel Azzopardi kif ukoll tat-tlieta w għoxrin sena mill-mewt tiegħu. Mons. Azzopardi twieled fl-10 ta’ Frar, 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju, 1987.

Il-Quddiesa kienet ikkonċelebrata minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, flimkien ma’ Mons. Alwiġ Deguara, Fr Trevor Clough u Fr Charles Abela, Delegat tal-Arċisqof fil-Kummissjoni Pastorali Persuni b’Diżabilita’. Minflok l-omelija ġiet ippreżentata Bijografija xeneggjata dwar il-ħajja ta’ Dun Mikiel: il-Ħabib ta’ Kulħadd li fiha ħadu sehem bosta mir-residenti tad-Dar.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, Fr Micallef ippreżenta tpingija kommemorattiva ta’ Debbie Caruana Dingli lis-Sinjura Carmen Agius, Presidenta ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija.