• ****

    Direttur: Joss Whedon

    Atturi: Robert Downey Jr., Chris Hemsworth, Mark Ruffalo, Chris Evans, Scarlett Johanson, Jeremy Renner, Don Cheadle,  Aaron Taylor-Johnson u Elizabeth Olsen

    Ħin tal-Film: 142 min

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12

    Tony Stark jipprova jittanta jerġa’ jibda l-programm li l-għan tiegħu  kien li jżomm il-paċi. Iżda sfortunatament,  l-affarijiet xejn ma jmorru tajjeb tant li l-protagonisti  tagħna li jinkludi lil  Iron Man, Captain America,  Thor,  Hulk, Black Widow u Haekeye jiġu msejjħa biex jintervienu f’sitwazzjoni li jekk ma jirnexxielhomx,  kien ifisser it-tmiem tal-pjaneta tagħna. Kollox kien jidher li kien fil-bilanċ għaliex l-isfida xejn ma kienet żgħira. Dan għaliex il-vili Ultron, b’intelliġenza artifiċjali,  joħroġ b’ruħhu u ġismu biex jeqred dak kollu  li jsib quddiemu speċjalment il-bniedem stess. Ultron kien jippossiedi qawwa teknolġika li kienet kapaċi teqred kull forma ta’ ħajja fid-Dinja. Il-protagonisti taghna kellhom ukoll iħabbtu wiċċhom ma’ żewg qawwiet misterjużi, Wanda Maximoff u Pietro Maximoff kif ukoll ħabib antik tagħhom, illum jinsab forma ġdida u magħruf  bħala:  The Vision. Hekk kif id-Dinja tinsab f’xifer  it-tmiem tagħha, The Avengers kellhom jagħmlu ħilithom biex iwaqqfu lil Ultron mill-ħsieb viljakk u terribli tiegħu u dan isir meta Ultron jinsab f’alleanza li qatt ma kienet dehret  bħala fid-Dinja. Dan kellu jkun  l-aħħar ċans li l-Avengers setgħu ġġibu xi ftit ordni billi jegħelbu  u jeqirdu lil  Ultron u l-allejati tiegħu. Tgħid jirnexxielhom li jwettqu din il-missjoni tant diffiċli u fl-istess waqt  tant perikoluża li l-Ultron kien ħoloq. Kif sejrin iwaqqqfu din  it-theddida?

    Film mimli azzjoni, epiku u li jkompli mall-avventuri l-oħra tal-Marvel  Komiks ħolqu permezz  tat-tim ta’ super heroes tant magħrufa minn tant ammiraturi ta’ dawn l-eroj.  Il-protagonisti jerġgħu lura fix-xena din id-darba f’missjoni li tidher tant diffiċli jekk mhux ukoll impossibli li tintemm b’suċċess. Minħabba vjolenza u azzjonijiet vjolenti, ikun tajjeb li flilm jarawh dawk li għalqu t-tnax il sena.