L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex isellmu l-memorja tal-Kardinal Prospero Grech – reliġjuż
għaref u dħuli, b’sens kbir ta’ umoriżmu u ta’ umanità.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Joseph Galea-Curmi
jwasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-qraba tal-Kardinal Prospero u lill-familja reliġjuża Agostinjana kollha, filwaqt li jħeġġu lill-Insara kollha joffru talb ta’ suffraġju għal ruħu.