-
L-ewwel żjara pastorali tal-Arċisqof-elett, Mons. Charles J. Scicluna, barra l-parroċċa ta’ Ħal-Lija, ser tkun fid-Dar tal-Providenza. Hija xewqa personali ta’ Monsinjur Scicluna li jżur ir-residenti ta’ din id-Dar.
Għada, l-Ħadd l-1 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett ser jiċċelebra Quddiesa fil-kappella tad-Dar tal-Providenza, u wara jżur lir-residenti. Il-Quddiesa tibda fl-10.00 a.m.
Illejla, fid-6.30 p.m., l-Arċisqof-elett ser jiċċelebra Quddiesa fil-parroċċa ta’ Ħal-Lija. Din hija l-istess parroċċa fejn Mons. Scicluna huwa residenti.