Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:
It-Tnejn 1 ta’ Jannar, Jum il-Paċi, fid-9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità tal-Imqaddsa Omm Alla fil-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.
Is-Sibt 6 ta’ Jannar, fis-5:45pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2023 fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ħadd 7 ta’ Jannar, fid-9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-Epifanija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103. Fil-5:30pm l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Mons. Etienne Sciberras bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ San Girgor il-Kbir f’Tas-Sliema.
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar, fid-9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku fil-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103. Fis-6pm l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali tal-Kanonku Dun Anton Galea-Scanura bħala arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun.
Il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar fis-6:30pm, Mons. Arċisqof jieħu sehem fis-Sevizz Ekumeniku Djoċesan f’St Andrew’s Scot Church fil-Belt Valletta bħala parti mill-attivitajiet waqt il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara.
Is-Sibt 20 ta’ Jannar, fil-5:15pm, Mons. Arċisqof imexxi traslazzjoni u t-talb tal-ewwel għasar u wara jiċċelebra quddiesa lejlet il-festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina.
Is-Sibt 27 ta’ Jannar, fis-6pm, Mons. Arċisqofjiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Reuben Micallef bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen f’Birżebbuġa.
Il-Ħadd 28 ta’ Jannar, fid-9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-Ħadd mill‑Knisja tal-Lunzjata, fil-Birgu fl-okkażjoni tas-750 sena mill-mewt ta’ San Tumas t’Akwinu. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.