The conversion of St Paul was not only a meeting with Jesus but also with the Church – The Archbishop
Mass on the solemnity of the St Paul's conversion
25/01/2026 The Metropolitan Cathedral of St Paul, MdinaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Pawlu jgħaddi minn esperjenza ta’ dawl qawwi proprju f’nofsinhar; dawl eċċezzjonali, straordinarju, u sopranaturali. Il-moħħ u l-qalb tagħna llum imorru lejn Damasku fis-Sirja; u f’din il-festa, b’mod speċjali din is-sena, nitolbu ħafna għal dan il-pajjiż.
Damasku hija waħda mill-eqdem bliet fl-istorja taċ-ċiviltà umana. U mhux biss din il-festa tgħaqqadna ma’ Damasku, għax huwa l-post fejn saret il-konverżjoni tal-Appostlu Missierna; imma anke x-xbieha qaddisa tal-Madonna ta’ Damaxxena ta’ Damasku, li aħna nqimu fil-Belt Valletta, u li waslet Malta permezz ta’ familji Griegi-Kattoliċi, li ġew mal-Kavallieri fl-1530… Read more »













