Joy for all the people – Bishop Galea-Curmi
25/12/2022 Parish Church, Attardpexels.com – Photo by Jeswin Thomas L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu” (Lq 2:10). Dan hu l-messaġġ li l-anġlu tal-Mulej qal lir-rgħajja, meta dehrilhom bil-lejl, waqt li kienu għassa mal-merħla, biex iħabbrilhom li twieled Ġesù, li l-anġlu sejjaħlu: il-Messija, is-Salvatur, il-Mulej. F’din l-Aħbar hemm diġà dak li hu l-iktar importanti aħna u niċċelebraw il-lejl tal-Milied. L-anġlu qalilhom b’mod ċar, speċjalment meta qabadhom biża’ kbir, li ma kellhomx għalfejn jibżgħu, ma kellhomx minn xiex jibżgħu, anzi kellhom għalfejn jifirħu, għax dak li twieled hu dak li jġib il-ferħ… Read more »













