The devil’s hatred and the peace of God – The Archbishop
Mass on the forth Sunday in ordinary time
31/01/2021 The Church of St Catherine, ŻejtunL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Dawn il-Ħdud qegħdin inkomplu naqraw mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark. Kapitlu pjuttost twil u fih San Mark jippreżenta l-qofol tal-missjoni ta’ Ġesù. Tissemma l-belt Kafarnahum li tfisser il-belt ta’ Naħum, Kafar Naħum. Hija belt li kienet u għadha fuq ix-xatt ta’ din l-għadira l-kbira, il-Baħar ta’ Tiberijade. Kafarnahum kienet saret, biex ngħidu hekk, il-belt adottiva ta’ Ġesù. Meta telaq minn Nazaret, Kafarnahum sar iċ-ċentru fejn Ġesù kien jirritorna; kien imur minn belt għall-oħra, minn raħal għall-ieħor imma mbagħad Kafarnahum kienet il-belt fejn kien jissetilja… Read more »