Kurjuż
Kemm hi kurjuża dil-ħaġa,
li int, Mulej,
ta’ kobor bla qies,
u ogħla minn kollox
u minn kulħadd,
tersaq lejna bħal ħuna
u tgħix bħalna
u tmut ukoll bħalna,
u timxi magħna fil-widien xotti ta’ ħajjitna
u fl-istat fqajjar tagħna l-bnedmin.
Kemm hi kurjuża dil-ħaġa,
li int, Mulej,
etern u mogħti qima,
teħodha kontra l-flus
li jaħkmu l-qlub
u r-reliġjonijiet;
li int, tfittex il-ħbieb
għaliex ma tiflaħx ma taqsamx imħabbtek ma’ l-oħrajn,
li int, tilbes il-fardal tal-qaddejja;
li int, ġarrabt u waqajt
taħt l-attakki tal-mibegħda,
li int tokrob fis-solitudni;
li int, indfint fl-art
bħal ma’ żerriegħa titgħatta bil-ħamrija,
u minnek ħareġ frott li ħadd ma stenna:
fik aħna nemmnu,
Mulej Alla tagħna
li ġġib ruħek magħna
b’mod daqshekk kurjuż… Read more »