CHURCH SCHOOLS REFORM ANNOUNCED
22/01/2010Il-proċess tar-riforma fit-transizzjoni mill-primarja għas-sekondarja wassal lill-iskejjel tal-Knisja sabiex jieħdu diversi inizjattivi. Dawn l-inizjattivi jinsabu fi stadji differenti fil-proċess tat-twettiq.
Xi skejjel tas-subien (St Paul’s Missionary College, is-Seminarju, Malta, St Augustine College, u Savio College) qed jaħsbu sabiex jibnu skola primarja, u Theresa Nuzzo (skola tal-bniet) se tibni skola sekondarja. Is-Seminarju, Malta (subien), is-Seminarju, Għawdex (subien), u l-iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (bniet) se jżidu klassi mill-Form 1 sal-Form 5 u l-iskola St Michael, Ħal-Qormi (subien) se żżid klassi fil-Form 1 u fil-Form 2. … Read more »