Iċ-ċelebrazzjonijiet huma parti importanti mill-ħajja tal-bniedem u qegħdin ngħixu f’soċjetà li tagħmel kull mezz biex tfakkarna liema ċelebrazzjonijiet ikunu ġejjin. Hekk kif nidħlu ġo ħanut tal-ħelu, mill-ewwel nindunaw ikunx ġej il-Milied, l-Għid jew Jum San Valentinu. Ħafna drabi, minn ġimgħat qabel naraw madwarna affarijiet li jfakkruna fil-festa li jkun imiss. Madankollu, dan ir-ritmu li hu aktar imdawwar mal-konsum, jista’ jnessina mir-ritmu l-ieħor li tipproponilna l-Knisja, li hu dak tas-sena liturġika.

Għal din ir-raġuni, is-Spiritual Development in Schools (SDS) qed torganizza webinar li matulu se taghti ħarsa lejn dan ir-ritmu, u kif nistgħu ngħixuh anke fil-ħajja tant mgħaġġla tal-lum. Il-webinar, immexxi minn Mariella Chetcuti, se jsir nhar it-Tnejn 28 ta’ Novembru 2022 bejn is-7:30pm u t-8:30pm.

Peress li s-sena liturġika tibda permezz taż-żmien tal-Avvent, il-webinar se jiffoka l-aktar fuq dan iż-żmien u kif nistgħu ngħixuh fil-familji tagħna. Se jitfakkru tradizzjonijiet antiki, iżda se jiġu esplorati wkoll ideat ġodda ta’ kif l-Avvent jista’ jiġi ċelebrat. Bla dubju, biex inkunu nafu kif niċċelebraw żmien liturġiku partikolari, irridu l-ewwel nifhmu x’inhu u l-importanza tiegħu. Għalhekk, dan il-webinar se jgħaddi informazzjoni fuq it-tifsira taż-żmien tal-Avvent u kif inhu differenti minn żmien il-Milied. Wara dan ser jingħataw ideat prattiċi li jistgħu jintużaw kemm ma’ tfal żgħar u kemm dawk ta’ età ikbar.

Il-webinar ser isir bl-Ingliż iżda kummenti u mistoqsijiet jistgħu isiru anke bil-Malti. Għal aktar informazzjoni dwar il-webinar agħfas hawn.

Intant, l-SDS tliet kalendarji tal-avvent għal tfal ta’ etajiet diversi li jistgħu jiġu aċċessati minn hawn: