Tħabbret il-mewt ta’ Dun Eric Overend, l-Arċipriet taż-Żejtun.

Dun Eric twieled fit-28 ta’ Marzu 1966 filwaqt li ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju, 1994. Huwa kien Arċipriet tal-Parroċċa Santa Katarina, fiż-Żejtun.

Dun Eric Overend kien membru tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent filwaqt li għal diversi snin kien ukoll il-President tal-Kulleġġ tal-Kappillani.

It-telfa ta’ Dun Eric seħħet ftit xhur wara li l-Parroċċa taż-Żejtun tilfet lil Dun Rene Cilia. Qabel miet f’Novembru li għadda, Dun Rene li kien minn Ħal Qormi, ukoll kien iservi f’ din il-parroċċa bħala viċi arċipriet.

Aġġornata: Dettalji tal-Aħħar Tislima

.

Wara li l-bieraħ, il-Ħadd 28 ta’ April 2013, tħabbret il-mewt għall-għarrieda tal-Arċipriet taż-Żejtun, Dun Eric Overend, fl-età ta’ 47 sena, il-parroċċa taż-Żejtun qed tħabbar il-programm tal-funeral.

It-Tlieta, 30 ta’ April 2013

4:15 p.m. Il-korteo bil-katavru ta’ Dun Eric Overend u ta’ ommu, Carmen, jitlaq mill-Isptar Mater Dei.

5:00 p.m. Il-kleru taż-Żejtun jilqa’ l-korteo f’Misraħ Carlo Diacono u jwasslu sa l-Oratorju tas-Sagrament, fejn il-katavru ta’ Dun Eric jitqiegħed għall-qima tal-pubbliku sat-8:15 p.m.

9:00 p.m. – 10:00 p.m. Velja ta’ talb fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.

L-Erbgħa, 1 ta’ Mejju (Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem)

8:00 a.m. Jibda l-korteo bil-katavru ta’ Dun Eric Overend, mill-Oratorju tas-Sagrament, u jgħaddi mit-toroq tal-parroċċa sal-Knisja Arċipretali, akkumpanjat mill-Banda Beland u l-Banda Żejtun.

10:00 a.m. Issir ċelebrazzjoni tal-quddiesa presente cadavere b’suffraġju għal ruħ Dun Eric u l-mama tiegħu. Imexxi l-Quddiesa Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju, filwaqt li Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta, imexxi it-talb u l-barka tal-aħħar.

Wara l-Quddiesa jkompli l-funeral b’forma privata u ssir d-difna fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Niftakru fihom fit-talb tagħna.