• The Lego Movie

  • ***

    Diretturi:       Phil Lord u Christopher Miller
    Atturi:            (vuċijiet ta’) Chris Pratt, Elizabeth Banks, Will Arnett, Will Ferrell,
                            Morgan Freeman, Liam Neeson
    Ħin:                92 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: U
    Klassifika tal-Knisja: U
     
    Emmet huwa ħaddiem normali li jaħdem fl-industrija tal-bini, bniedem ta’ moħħ sempliċi li jagħmel b’għajnejh magħluqa kull ma jagħmlu n-nies l-oħra ta’ Bricksburg: jixtri l-kafe’ bi prezz għoli, jidħaq bħall-oħrajn għall-unika ċajta li fiha sitcom msejħa: “Where are my pants?”, u jħobb bħal oħrajn il-kanzunetta populari “Everything is Awesome”. Emmet ukoll jafda b’għajnejh magħluqa lis-surmast lokali tal-medjokrita’ li ma’ jaħmilx il-kreattivita’, il-President Business.  Jiġri li bla ma jaf kif isir sid ta’ blokka bini msejjħa Piece of Resistance; jiltaqa’ wkoll ma’ Wyldstyle, tfajla fuq tagħha u  li tmur kontra l-kurrent, u li jieħu grazzja magħha. Minħabba li għandu l-Piece of Resistance Wyldstyle tgħid lil Emmet li hu The Special, il-bennej li skond profezija kellu jsalva d-dinja billi jeħodha kontra President Business li jkun qed jippjana li jeqridha. Għalkemm Emmet iħoss li ma kienx hu The Special, kontra qalbu jaċċetta li jidħol għal din il-missjoni.
     
    Film animat, fi 3D, mimli kreattivita’, li jwasslek biex tirrifletti fuq ir-relazzjoni bejn l-iben u l-missier u dwar kif il-ħafna ħsibijiet li jkollhom il-kbar jheddu li joqtlu t-tifel li jinsab fina llkoll. Film li għandu joġgħob kemm liż-żgħar u kemm lil kbar. Fih ġlied tal-cartoons, xi xeni ta’ periklu, u xi ċajt ftit goff. Jgħodd għal kulħadd.