• *****

    Direttur:    Jon Favreau

    Atturi:        Neel Sethi u Ritesh Rajan
    Ilħna:    Bill Murray, Ben Kingsley, Idris Elba, Lupita Nyong’o, Scarlett Johansson, Giancarlo Esposito, Christopher Walken u Garry Shandling
    Ħin tal-Film:    106 min
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:        PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:        PG
     
    Mowgli, tfajjel, ġie mrobbi minn familja ta’ lupi, taħt il-ħarsien tal-omm Raksha. Ta’ tarbija Mowgli  nġieb għand din il-familja minn Bagheera, pantera li baqgħet tinteressa ruħha fit-trobija tiegħu billi jħarrġu fil-ħajja ta’ kif igħixu l-lupi. Iżda Mowgli kien iktar jinterresah li juża’   

    l-ħiliet tiegħu ta’ bniedem uman li kien. Jum wieħed, fl-istaġun li ftit li xejn kienet tagħmel xita, l-annimali kollha tal-ġungla nġabru madwar  il-Peace Rock biex jixorbu l-ilma. Bejn l-annimali kollha kien sar fteħim li jkun hemm rispett minn kulħadd li  jżommu “Il-Ligi tal-Ġungla” u li ħadd ma jażarda jeqred xi hadd minnhom. Waqt din il-laqgħa,  it-tigra feroċi Shere Khan  tintebaħ li fost il-miġemgħa tal-annimali, kien hemm Mowgli  li ftit snin qabel missieru kien ħalla f’wiċċu ċikratiċi b’ħarqa tan-nar, prova ċara ta’ kemm il-bniedem jista’ jkun kattiv. Shere Kahn jagħmilha ċara li xejn ma kien kuntent li Mowgli kien hemm fosthom u deher determinat li jum wieħed jiġi u joqtol lil Mowgli. Il-lupi, din it-tehdida xejn ma għoġbithom tant li bdew jaraw kienx jaqbel jew le  jekk għandhomx iżommu lil Mowgli fosthom. Iżda Mowgli jiddeċiedi li jitlaq minn fosthom minn rajh biex b’hekk ma jkunx ta’ periklu għalihom. Baghera toffri li turih it-triq fejn isib soċjeta’ ċivilizzata. Fi triqthom iżda  jiġu attakkati minn Shere Khan. Mowgli jaħrab bis-saħħa ta’ merħla ta’ burfli imma Bragheera tisfa’ feruta. X’jiġri minn hawn? Ma’ min jiltaqa’  Mowgli?  X’ġara fil-vizzjoni li l-piton Kaa turih? Min kien sejjer isalva lil Mowgli mill-ħakma ta’ Kaa?
    Film Amerikan, avventura bi 3D,  bi storja fantastika li  għandu jżomm lil kulħadd fuq ix-xwiek sal-aħħar.   Minħabba xi xeni tal-biża’, jkun jaqbel li t-tfal ikunu akkompanjati minn xi adult.