• **

    Direttur: Evan Goldberg u Seth Rogen
    Atturi: James Franco, Seth Rogen, Lizzy Caplan, Randall Park
    Ħin: 112 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18

    Dave Skylark u Aaron Rapaport għandhom programm ta’ diskussjoni, l-aktar dwar sess, li hu populari ħafna, jismgħu ‘Skylark Tonight’. Iżda filwaqt li Dave kuntent bil-fama li dan il-programm qed jagħtih, Aaron irid xi ħaġa aktar, irid li l-programm tagħhom jittratta dwar aħbarijiet veri u b’hekk jibda jkollu aktar rispett. Għalhekk meta tiġihom l-opportunita’ li jintervistaw lil Mexxej Suprem tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jung-Un, li jkun fan kbir ta’ Skylark Tonight,  Dave u Aaron jaħtfu din l-opportunita’ b’ċertu entużjażmu u fl-istess ħin b’ċerta kawtela. Aktar w aktar meta is-CIA tqabbadhom joqtlu lil Kim Jung-Un. Aaron iħoss li din hi ġennata u kważi jerġa’ jibdielu, imma Dave moħħhu fil-fama u jaħseb li hija xi ħaġa li jistgħu jagħmluha; kull m’għandhom jagħmlu hu li bil-kalma kollha joqtlu wieħed mill-aktar bnedmin mgħaluqin u volatili fid-dinja.
     
    Film kummiedja t’azzjoni, li jipprova juri l-lat aktar uman ta’ wieħed mill-għar dittaturi tad-dinja. Il-film juri lil Kim Jung-Un bħala dittattur miġnun għal poter li jibbrainwashja lin-nies tiegħu u jħallihom bil-ġuħ u kondizzjonijiet ta’ għixien mill-għar, iżda l-film jagħti x’jifhem li dan hu dovut għat-trobbija mwera li kellu.  Il-film fih script fqir u aktar interessat f’ċajt puwerili u sesswali milli li jibni xi ħaġa bis-sens. Fih ħafna kliem ħażin u doppju sens, nudita’, teħid ta’ droga, u vjolenza mdemmija. Jgħodd għal udjenza adulta.